Monday, May 6, 2024

Skont il-Eurostat ir-rata ta’ mpjiegi f’Malta qabżet għall-ewwel darba dik fil-Ġermanja

Aqra wkoll

Rapport ippublikat fuq is-sit tal-Eurostat jindika li r-rata ta’ mpiegi ta’ pajjiżna s-sena li għaddiet laħqet 81.7%. Dan fisser li għall-ewwel darba fl-istorja Malta kellha rata ta’ mpjiegi aqwa minn dik tal-Ġermanja, pajjiż meqjuż bħala l-mutur ekonomiku ta’ pajjiżna.

Qabel il-bidla fil-Gvern fl-2013 mentri l-Ġermanja kellha rata ta’ mpjiegi ta’ 76.9%, dik f’Malta kienet ta’ 63.9%. Dan kien ifisser li r-rata fil-Ġermanja kienet kważi kwart aktar minn dik ta’ Malta. Grazzi għar-riformi kbar li wettaq Gvern Laburista, bħac-childcare b’xejn u t-tapering, pajjiżna rnexxielu jilħaq u issa saħansitra jaqbeż ir-rata ta’ mpjiegi tal-Ġermanja.

Fl-2012 kien hemm sitt pajjiżi biss b’rata ta’ mpjiegi agħar minn pajjiżna u għoxrin pajjiż b’rata akbar. Is-sena li għaddiet ir-rata ta’ mpjiegi hija aqwa minn pajjiżna fi tlett pajjiżi biss, mentri tlieta u għoxrin pajjiż għandhom rata agħar. Biex issa d-distakk bejn Malta u l-pajjiż bl-aqwa rata ta’ mpjiegi huwa ta’ 1.8 punti perċentwali biss, kontra 15.5 punti perċentwali li kien hemm fl-2012.

Gvern Laburista wiret sitwazzjoni fejn il-qasam tal-impjiegi f’pajjiżna kien fost l-agħar fl-Ewropa. Imma sa’ tmiem l-2015 kien diġa rnexxielu jġib lil pajjiżna mal-medja Ewropea. L-andament f’dan il-qasam kompla jissaħħaħ f’kull sena, biex pajjiżna kien wieħed mill-ftit (ż-żewġ eċċezzjonijiet l-oħra kienu l-Polonja u l-Kroazja) fejn kien hemm żieda anke fl-2020, jiġifieri fl-eqqel tal-pandemija.
Fid-dawl tal-fatt li -ekonomija Maltija mistennija tkun l-aktar waħda li se tikber fl-Ewropa fis-sentejn li ġejjin, huwa mistenni li l-progress ta’ pajjiżna ser ikompli u huwa probabbli li pajjiżna dalwaqt isir il-pajjiż Ewropew bl-akbar rata ta’ mpjiegi.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport