Friday, December 13, 2024

Skont il-UNHCR madwar ħames miljun persuna telqu mill-Ukrajna

Aqra wkoll

S’issa huwa stmat li madwar 4,934,415 persuna, bosta minnhom nisa u tfal, telqu mill-Ukrajna minħabba l-attakki li seħħew minn mindu bdiet il-gwerra Russo-Ukrajna. Dan skont ma ddikjarat l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni fi ħdan in-Nazzjonijiet Magħquda (UNHCR).

Il-UNHCR osservat ukoll li madwar 215,000 persuna oħra — mhux ta’ ċittadinanza Ukrena — li ħafna minnhom huma studenti u migranti li jaħdmu fl-Ukrajna, fittxew kenn f’pajjiżi viċin tal-Ukrajna.

Dan ifisser li iżjed minn 5 miljun persuna telqu mill-Ukrajna minn mindu bdiet l-invażjoni Russa fl-24 ta’ Frar li għadda — meqjusa bħala waħda mill-ikbar kriżijiet umanitarji li qatt rat id-dinja.

Ekonomija

Sport