Saturday, December 21, 2024

Skoss qawwi għal Sta Lucia

Aqra wkoll

Sta Lucia ………1

Sliema W……….2

Santa Lucia sofrew skoss qawwi fit-tentattiv tagħ­hom li jevitaw ir-relegazzjoni meta sfaw megħluba bl-iskor ta’ 2-1 mit-team diġá relegat, Sliema Wanderers.

Dan ir-riżultat iħalli lil Santa Lucia bl-istess ammont ta’ punti daqs Balzan.

Fi tmiem il-ġimgħa li ġejja, Balzan jaffrontaw lil Sliema waqt li l-Luċjani jilagħbu kon­tra Valletta.

Santa Lucia ħarġu jfittxu goal kmieni u fir-raba’ minuta, cross-shot ta’ Prestes Filho mix-xellug ġie salvat tajjeb mill-goalkeeper, Rashed Al Tu­mi.

Madankollu fit-tmien mi­nuta kienu Sliema li għoddhom fetħu l-iskor meta freekick ta’ Danny Holla laqat il-mimduda b’Justin Haber megħlub bil-ballun jiġi kklerjat f’corner mid-difiża.

Fil-31 minuta, il-goalkeeper Slimiż, Rashed Al Tumi, mblokka xutt b’saħħtu ta’ Vito Plut wara cross ta’ Soares Fonseca. Tliet minuti wara, dan tal-aħħar kellu daqqa ta’ ras li għaddiet ftit għoli minn corner ta’ Souza. 

Eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima, Sliema resqu viċin bi cross ta’ Engerer mil-lemin li ġie mblukkat minn Haber.

Erba’ minuti fit-tieni taqsima, Sliema marru minn fuq meta minn cross ta’ Engerer mil-lemin, VALMIR BERISHA għeleb lil Haber mill-viċin. Dan il-goal ħasad lit-team ta’ Santa Lucia iżda dawn ma damux ma reġgħu bdew jippressaw u Soares Fonseca kellu xutt mill-bogħod li għadda ftit barra.

Madankollu fit-72 minuta Sliema rduppjaw meta f’kontrattakk veloċi, Berisha avvanza fuq il-lemin qabel qassam lejn JAKE ENGERER li minn pożizzjoni ċentrali fil-kaxxa spara għal ġewwa.

Sitt minuti wara, Santa Lucia naqqsu l-iżvantaġġ meta ġew mogħtija penalty wara li d-difensur Schiavi mess il-ballun b’idu u mill-11-il metru, ALAN DA SILVA SOUZA ma żbaljax.

Fit-83 minuta, is-sostitut Elouni mar viċin li jkabbar l-iskor meta mpenja lil Haber b’xutt minn barra l-kaxxa.

STA LUCIA: 16-Justin Haber, 4-Andre Prates, 6-Nicholas Pulis, 7-Gianmarco Conti, 9-Vito Plut, 10-Alan da Silva Souza (21-Jamie Carbone 87), 11-Meghon Valpoort, 17-Victor Luiz Prestes Filho, 22-Jamie Zerafa (14-Jan Tanti 79), 23-Dexter Xuereb, 29-Lorenzo Yoel Soares Fonseca (8-Emerson Camilleri 98)  – Coach: Giovanni Tedesco

SLIEMA W.: 22-Rashed Al Tumi, 3-Juan Pablo Morales Rengifo, 4-Raffaele Schiavi (7-John Mintoff 83), 6-Gabriel Aquilina, 18-Edmond Agius, 19-Jake Engerer, 21-Danny Holla, 29-Oscar Linton Bethancourt, 88-Dejan Vukovic, 91-Martin Davis (9-Omar Elouni 61), 99-Valmir Berisha (30-Jean Paul Farrugia 83)(23-Matteo Piciollo 98) – Coach: Noel Turner

REFEREE: Alex Johnson

ASS. REFEREES: Christopher Francalanza, Paul Apap

RABA’ UFF: Slobodan Petrovic

SKORERS: V. Berisha 49, J. Engerer 72 (SW);  A. da Silva Souza 78 (SL)

AMMONITI: J. Engerer, O. Elouni, J. Mintoff (SW); D. Xuereb (SL)

Ekonomija

Sport