Wednesday, November 26, 2025

“Skużani ma stajtx insalvak”

- Missier Giovanni, tifel ta’ 9 snin li nqatel minn ommu fl-Italja

Aqra wkoll

“Skużani ma stajtx insalvak…” Hekk qal Paolo, missier Giovanni waqt li f’Muggia fil-Provinċja ta’ Trieste ngħata l-aħħar tislima ibnu ta’ 9 snin.

L-istorja ta’ Giovanni hija waħda li ħasdet provinċja sħiħa. 

Omm u missier Giovanni nfirdu fl-2017 u l-omm kienet tara lil binha permezz tal-ħaddiema soċjali. Ġara li wara battalja legali, il-Qorti ta l-permess li l-aċċess li jkollhom l-omm ikun bla superviżżjoni. 

Kienet l-ewwel darba li hi u binha setgħu jkunu flimkien weħidhom, iżda dakinhar, l-omm li hija Ukrena qabdet sikkina u ħanxret ras binha.

Kien il-missier li wara li spiċċa l-aċċess u ibnu ma rritornax lura, informa lill-pulizija li mill-ewwel marru fid-dar u sabu “massakru”.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport