Sliema ASC ħabbru l-firma tal-istilla Griega Angelos Vlachopoulos għall-istaġun 2025.
L-akkwist ta’ Vlachopoulos huwa trasferiment maġġuri għal Sliema li qed ifittxu li jiddefendu d-double tal-kampjonat u n-knock-out mirbuħa fl-istaġun li għadda.
Il-plejer internazzjonali Grieg jasal Malta b’karriera ta’ plejer distint u huwa magħruf għall-ħiliet eċċezzjonali tiegħu u r-rekord impressjonanti tiegħu kemm fil-livell ta’ klabb kif ukoll f’dak internazzjonali.
Matul il-karriera tiegħu, Vlachopoulos rebaħ diversi titli domestiċi fil-Greċja, rebaħ diversi kampjonati u kompetizzjonijiet nazzjonali ma’ NC Vouliagmeni u Olympiacos.
Wara l-perjodu tiegħu fil-Greċja huwa mar jilgħab l-Italja fejn ingħaqad ma’ CN Posillipo u mbagħad ingħaqad mal-klabb Ungeriż Egri VK.
Fl-istaġun 2020-21, huwa rritorna l-Italja fejn libes il-kuluri ta ‘AN Brescia.
F’AN Brescia, mexxa lit-tim għat-titlu tal-kampjonat u kompla biex spiċċa bħala l-iskorer ewlieni fl-LEN Champions League dik is-sena.
Fl-istaġun ta’ wara mar jilgħab fis-Serbja fejn deher għal VK Novi Beograd fejn kellu rwol ċentrali biex kiseb il-Kampjonat Serb, it-titlu tal-Kampjonat Adrijatiku kif ukoll laħaq il-finali taċ-Champions League tal-LEN fi staġuni suċċessivi.
Fix-xena internazzjonali, Vlachopoulos kien strumentali biex għen lil pajjiżu l-Greċja jirbaħ midalja storika tal-fidda fl-Olimpjadi ta’ Tokyo tal-2020. Għall-Greċja din kienet l-ewwel midalja Olimpika tagħhom fil-waterpolo.
Vlachopoulos għen ukoll lill-Greċja tikseb midalji tal-bronż fil-Kampjonati tad-Dinja tal-2015 u l-2022.