Sliema taw l-ewwel telfa liċ-champions Ħamrun SC wara li rebħulhom 4-3 f’logħba ferm interessanti mill-kampjonat nazzjonali tal-Beach Soccer.
Il-logħba kienet waħda movimentata bis-Slimiżi li iżda kienu determinati li jpattu għat-telfa ta’ 6-3 li sofrew fl-ewwel round kontra l-istess avversarji.
Satruday Nanapere, Roberto Fassari, Vincenzo Margiotta u awtogowl skorjaw il-gowls ta’ Sliema b’Ħamrun iwieġbu permezz ta’
Referees kienu Stefania Bonnici u Andrea Naudi.
La Playa de Arena xejn ma sabuha faċli sabiex għelbu lil WA Agency 3-2 . Huma fil-fatt kellhom imorru għall-ħin barrani sabiex rebħu din il-logħba kontra avversarji ferm diffiċli.
Daryl Micallef poġġa lil La Playa de Arena minn fuq sabiex Wissam Bensaidi ġab id-draw għal WA Agency. Dawn tal-aħħar marru minn fuq permezz ta’ Ali Abdelkadir għalkemm Ryan Dalli ġab l-iskor indaqs lejn l-aħħar.
Fil-ħin barrani, kien Daryl Micallef li ta l-punti massimi lil La Playa de Arena.
Referees kienu Andrea Naudi u Darko Stankovic.
Finalment Ħamrun ingħataw rebħa walk-over kontra WA Agency.
Din il-ġimgħa jintlagħbu l-aħħar logħbiet tat-tieni round qabel il-play-offs hekk kif nhar it-Tnejn fis-6.30pm WA Agency jaffaċċjaw lil Sliema Beach Soccer filwaqt li fit-8pm, La Playa de Arena għal darb’oħra jiltaqgħu kontra Ħamrun Beach Soccer.