Sunday, December 22, 2024

Sliema Champions tal-Kampjonat BOV Premier tal-Waterpolo wara 15-il sena

Aqra wkoll

San Ġiljan…………………12

Sliema……………………..15

(3-3, 4-4, 3-4, 2-4)

Sliema ASC huma ċ-Champions tal-Kampjonat BOV Premier tal-Waterpolo wara li għelbu lil San Giljan 2-0 fil-finali tal-playoff fuq l-aħjar minn tliet logħbiet.

Il-Blues għalqu s-serje b’rebħa ta’ 15-12 fuq San Giljan fit-tieni logħba tal-finali tal-playoff wara li kienu għelbu b’mod konvinċenti lis-Saints bl-iskor ta’ 12-8 fl-ewwel logħba tas-serje aktar kmieni din il-ġimgħa. Ir-rebħa fil-Kampjonat BOV tal-Waterpolo Premier ikkonsolida lil Sliema bħala l-aktar klabb tal-Water Polo ta’ suċċess fil-gżejjer tagħna hekk kif din ir-rebħa tat-32 kampjonat tal-ogħla diviżjoni fl-istorja tagħhom hija rekord għal Malta. Sliema kienu ilhom ma jirbħu l-kampjonat mill-2009.

Il-captain ta’ Sliema John Brownrigg irċieva t-tazza tal-Kampjonat BOV Premier tal-Waterpolo  Premier League f’isem sħabu mingħand Ernest Agius, Chief Operations Officer fil-Bank of Valletta fil-preżenza ta’ Karl Izzo, President tal-Assoċjazzjoni tal-Isport Akwatiku ta’ Malta u l-Onor. Clifton Grima, Ministru għall-Edukazzjoni, Żgħażagħ, Riżorsi u Innovazzjoni quddiem il-grupp kbir ta’ partitarji Sliema li ċċelebraw din ir-rebħa tant mistennija.

Il-Bank of Valletta ilu s-sostenitur ewlieni tal-kompetizzjonijiet lokali kollha tal-water polo f’Malta mill-2008 u huwa kburi bl-impenn fit-tul tiegħu lejn stil ta’ ħajja aktar b’saħħtu permezz tal-isport f’din il-50 sena tal-operat tal-Bank.

San Ġiljan:: 1-Jake Tanti, 2-Nicholas Bugelli, 3-Daniel Tully, 4-Russell Caruana (1), 5-Aaron Younger (4), 6-Matthew Zammit (2), 7-Jake Bonavia (2), 8-J. Zammit, 9-Jeremy Abela, 10-Nikolai Zammit (1), 11-Darren Zammit (1), 12-Nico Schiavone (1), 13-Gabriel Borg, 14-Gabriel Bonavia Coach: Zeljko Kovacic

Sliema: 1-Nicky Grixti, 2-Elijah Schembri, 3-Liam Galea (3), 4-Jamie Gambin (1), 5-Giacomo Cannella (4), 6-Benji Cachia (3), 7-Jayden Cutajar (2), 8-Daniel Rizzo (1), 9-Sam Engerer, 10-Andreas Galea, 11-Zach Mizzi (1), 13-Matthew Castillo, 14-Jayden Cassar Coach: Giannis Katrouzanakis

Referees: Fabio Brasiliano, Massimo Angileri

Ekonomija

Sport