Sunday, April 6, 2025

Sliema jegħlbu lil Floriana b’żewġ goals fit-tieni taqsima

Aqra wkoll

Floriana ………0

Sliema W. ……1

Minn Cristian Muscat

Permezz ta’ wirja ta’ karattru speċjalment fit-tieni taqsima, Sliema Wanderers għelbu lir-rivali Floriana bl-iskor ta’ 2-0 biż-żewġ goals jaslu fit-tieni taqsima.

B’hekk wara telfa kontra Birkirkara u draw kontra Hibernians, din kienet it-tielet partita konsekuttiva mingħajr rebħa għall-Greens. Min-naħa l-oħra kompliet is-sensiela ta’ riżultati pożittivi minn Sliema hekk kif din kienet proprju r-raba’ rebħa in fila għalihom.

Floriana kellhom lil Guy Serge Cedric Yameogo sospiż, iżda rritorna Jose Fernando Junior Gomes minn sospensjoni. Min-naħa l-oħra Sliema kellhom lid-difensur Cain Attard nieqes minħabba li qed jirkupra minn injury fl-irkoppa.

Kienu Sliema li ħarġu fuq l-offenisva u fis-sitt minuta Wescley ittanta xortih permezz ta’ xutt b’saħħtu minn pożiz­zjoni ideali li iżda ntemm għoli.

Floriana wieġbu fl-14-il minuta permezz ta’ xutt mill- ewwel kważi minn tarf il-kaxxa ta’ Matias Nicolas Garcia li ntemm għoli.

Ħames minuti wara, Jake Grech kellu xutt mid-distanza li ntemm barra. Fit-42 minuta, Julian Gonzalo Gamarra kellu x-xutt tiegħu mill-viċin salvat tajjeb mill-goalkeeper tal-Wanderers, Kelvin Emeka Agu.

Fl-64 minuta, Sliema Wanderers fetħu l-iskor meta s-sostitut MOHAMED AWAD kellu l-ewwel xutt tiegħu salvat parzjalment mill-goalkeeper, Christoffer Mafoumbi, biex mir-rebound l-istess player bi preċiżjoni tefa’ ġewwa.

Sitt minuti waram, huma rduppjaw meta s-Sloven VITO PLUT wara li rċieva dirett mingħand il-goalkeeper Kelvin Emeka Agu, permezz ta’ xutt angolat fil-baxx minn ġol-kaxxa ma ħafirx.

U bil-partita mirbuħa u mitlufa, ir-ritmu naqas bil-partita kienet karatterizzata minn   ħaf­na logħob f’nofs il-ground, bl-iskor jibqa’ ma jinbidilx u bil-Wanderers ikomplu jamministraw il-vantaġġ doppju sas-suffara finali.

FLORIANA: 45-Christoffer Mafoumbi, 4-Oualid El Hasni, 8-Jake Grech (10-Gabriel Sotomayor 69), 11-Zachary Scerri (9-Elvis Mashike Sukisa 69), 12-Dunstan Vella, 20-Matias Nicolas Garcia (14-Jork Eblin Becerra Portocarrero 81), 21-Carlo Zammit Lonardelli, 25-Julian Gonzalo Gamarra (77-Aleandro Garzia 81), 27-Franklin Sasere, 55-Alexandros Kouro, 94-Jose Fernando Junior Gomes – Coach: Darren Abdilla

SLIEMA W.: 12-Kelvin Emeka Agu, 2-Jean Borg, 7-Adam Magri Overend, 9-Vito Plut (21-Kyrian Nwoko 78), 11-My­les Beerman, 15-Gustavo Alcino, 20-Wescley, 31-Henrique Murilo, 33-Geoffrey Edwin Achempong, 42-Simon Zibo, 7-Steve Pisani (77-Mohamed Awad 36)   – Coach: Paul Zammit

REFEREE: Fyodor Zammit

ASS. REFEREES: James Muscat, David Castillo

RABA’ UFF: Ezekiel Barbara

SKORERS: M. Awad 64, V. Plut 70 (SW)

AMMONITI: V. Plut, G. E. Acheampong (SW), J. F. Gomes Junior (F)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport