Sliema……………….13
Birzebbugia……….11
(3-2, 5-2, 3-4, 2-3)
Sliema kellhom jitħabtu biex għelbu l-isfida ta’ Birzebbugia bl-iskor ta’ 13-11.
Sliema rebħu l-ewwel sesjosni bl-iskor strett ta’ 3-2, grazzi għal goals minn Andrija Prlainovic (2) minn penalty u Jayden Cutajar. Jacob Sciberras u Darko Brguljan wieġbu għal Birzebbugia.
Sliema rebħu wkoll it-tieni sessjoni din id-darba bl-iskor ta’ 5-2, bl-iskorers ikunu Dimitri Kholod, Liam Galea, Zach Mizzi (2) u John Brownrigg. Balazs Erdelyi u Giuseppe Mannino sabu x-xibka għat-tim minn Nofsinhar ta’ Malta.
Birzebbugia wettqu reazzjoni tajba u rebħu t-tielet sessjoni bl-iskor ta’ 4-3, bl-awturi tal-goals ikunu Balasz Erdelyi (2), Jacob Sciberras u Keith Tanti. Andrija Pralianovic, Jayden Cutajar u Benji Cachia skorjaw għal Sliema.
Birzebbugia rebħu wkoll l-aħħar sessjoni bl-iskor ta’ 3-2, fejn din id-darba, irnexxielhom isibu x-xibka għalihom, Peter Borg, Balasz Erdelyi u Jacob Sciberras. Liam Galea u Dmitri Kholod niżżlu isimhom fuq il-lista tal-iskorers għas-Slimiżi.
Sliema:1-Nicky Grixti, 2-Jerome Gabarraetta, 3-Liam Galea (2), 4-Jamie Gambin, 5-Zach Mizzi (2), 6-Benji Cachia (1), 7-Jayden Cutajar (2), 8-Matthew Mifsud, 9-John Brownrigg (1), 10-Dmitrii Kholod (2), 11-Andrija Prlainovic (3), 12-Dino Zammit, 13-Andrew Bugeja, 14-Elijah Schembri, 15-Sam Engerer Coach: Dejan Savic
Birzebbugia: 1-Matthew Sladden, 2-Peter Borg (1), 3-Neil Cassar, 4-Ben Grech, 5-Darko Brguljan (1), 6-Malcolm Manara, 7-Russell Spiteri, 8-David Cuatjar, Balazs Erdelyi (4), 9-Keith Tanti (1), 10-Giuseppe Mannino (1), 11-Miguel Curmi, 12-David Cleavon Borg, 13-David Cleavon Borgm 14-Jacob Sciberras (3), 15-Dwayne Farrugia Coach: Pierre Borg
Referees: Peter Balzan, Riccardo Dantoni