Friday, March 14, 2025

Sliema W. ikomplu jesponu l-problemi ta’ Hamrun S.

Aqra wkoll

Hamrun Spartans ……0

Sliema Wanderers …..1

Minn Cristian Muscat

Sliema Wanderers komplew ikabbru l-problemi ta’ Hamrun Spartans meta b’goal lejn nofs l-ewwel taqsima għelbuhom bl-iskor minimu ta’ 1-0,  b’din tkun it-tielet telfa konsekuttiva u r-raba’ waħda f’ħames partiti għall-Ispartans.

Għal Hamrun iddebutta l-coach Winston Muscat li ħa post Alessandro Zinnari li tkeċċa aktar kmieni din il-ġimgħa.

L-Ispartans kellhom ukoll lill-iskorer attakkant Raphael Lopes Silva sospiż iżda għa­lihom irritorna Elionay Freitas Da Silva minn sospensjoni.

Min-naħa l-oħra għal Slie­ma rritorna minn sos­pensjoni Geoffrey Edwin Acheampong iżda ma kienx inkluż mal-ewwel 11.

Kienu Sliema li ħolqu l-ewwel periklu fil-11-il minuta meta Adam Magri Overend kellu x-xutt tiegħu minn pożizzjoni ideali jiġi mblukkat minn Ryan Camenuzli.

Huma komplew jiddettaw il-logħob u fit-23 minuta fetħu l-iskor meta wara li rċieva minn free-kick ta’ Steve Pisani, u bid-difiża Ħamruniża statika, SIMON ZIBO  kien fil-post it-tajjeb u minkejja li kien immarkat minn Luke Montebello, xellef il-ballun fix-xibka.

Minuta mill-ftuħ tat-tieni taqsima, l-Ispartans heddew meta Luke Monetbello mpenja lill-goalkeeper, Kelvin Agu, b’xutt fil-baxx … u fis-57 minuta, xutt fil-baxx ta’ Joseph Mbong kważi minn tarf il-kaxxa intemm ftit barra.

Żewġ minuti wara, il-Ħamruniżi reġgħu resqu qrib li jsibu x-xibka meta minn azzjoni ta’ free-kick tal-Montenegrin, Jovan Cadenovic,  Steve Borg kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu mill-viċin salvata f’corner b’mod stupend minn Kelvin Agu, biex evita goal ċert.

Fit-68 minuta, Ryan Camenzuli ittanta xortih permezz ta’ xutt mid-distanza li iżda ntemm ftit għoli.

Huma komplew jippressaw u fit-78 minuta free-kick ta’ Domingos għadda ftit barra.

HAMRUN S.: 1-Henry Bonello, 4-Steve Borg, 5-Sven Xerri (8-Talison Lui Barboza 59), 7-Luke Monetbello, 10-Joseph Essien Mbong, 12-Roko Prsa (28-Redon Mihana 72), 14-Elionay Freitas Da Silva, 20-Jovan Cadenovic (25-Ederson Bruno Domingos 59), 91-Emerson Marcelina, 92-Cesar Menacho, 94-Ryan Camenzuli   – Coach: Winston Muscat

SLIEMA W.: 12-Kelvin Emeka Agu, 2-Jean Borg, 7-Adam Magri Overend, 9-Vito Plut (5-Neil Frendo 87), 11-Myles Beerman, 15-Gustavo Alcino, 20-Wescley (33-Geoffrey Edwin Acheampong 70), 31-Henrique Murillo, 42-Simon Zibo, 70-Steve Pisani, 77-Mohamed Awad (10-Maksym Priadun 83) – Coach: Paul Zammit

REFEREE: Malcolm Spiteri

ASS. REFEREES: Roberto Vella, Shaun Calleja

RABA’ UFF: Ezekiel Barbara

SKORER: S. Zibo 23 (S) 

AMMONITI: S. Xerri, J. E. Mbong (H), M. Beerman, Wescley, K. Emeka Agu (S)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport