Thursday, December 26, 2024

Sliema Wanderers ikomplu jkabbru l-kriżi għal Hamrun Spartans

Aqra wkoll

 

Sliema Wanderers …..1

Harmun Spartans ……0

Minn Cristian Muscat

Sliema Wanderers komplew jitfgħu lil Hamrun Spartans f’aktar kriżi meta għelbuhom bl-iskor minimu ta’ 1-0 biex dawn tal-aħħar sofrew it-tielet telfa konsekut­tiva. 

Kien biss fit-18-il minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota bi Sliema jirbħu pe­nalty meta Mohamed Awad għadda tajjeb lejn Myles Beerman li twaqqa’ minn Elionay Freitas Da Silva fil-kaxxa.

Mill-11-il metru HENRIQUE MURILO, li  kien qed jirritorna għall-Wanderers, xe­ħet fir-rokna tax-xibka.

Fid-29 minuta, il-coach Taljan ta’ Hamrun, Alessandro Zinnari, kien kostrett jeffettwa sostituzzjoni sfurzata meta weġġa’ Luke Montebello biex fil-post tiegħu daħal jilgħab Wendel Barros. 

Fl-34 minuta, Hamrun tilfu ċans tad-deheb li jiksbu d-draw meta Ryan Camenzuli ikkontrolla  qabel venven xutt b’saħħtu minn taħt il-lasta li iżda ġie kklerjat f’corner minn Cain Attard permezz ta’ rkopptu biex evita goal ċert.

Il-pressjoni kienet kollha fuq Hamrun u fit-48 minuta xutt ta’ Shaisen Attard minn tarf il-kaxxa ntemm għoli.

Fit-58 minuta, Sliema appellaw għall-foul kważi f’tarf il-kaxxa meta Elionay Freitas da Silva deher iwaqqa’ lil Wescley li kien destinat li seta’ jkompli javvanza fil-kaxxa iżda r-referee Ishmael Barbara ħalla l-logħob għaddej.

Hamrun wieġbu fit-62 minuta meta Joseph Mbong evita l-ħarġa tal-goalkeeper Slimiż, Kelvin Emeka, li minn pożizzjoni angolata ra t-tentattiv tiegħu jaħbat max-xibka minn barra biex ta l-illużjoni tal-goal.

Huma komplew jiddettaw il-logħob u minuta biss wara, Corbalan għadda tajjeb lejn is-sostitut Talison Lui Barbosa li kellu x-xutt bid-dawra tiegħu mdawwar f’corner minn Agu.

Fl-74 minuta, Shaisen Attard niżżel il-ballun tajjeb lejn Roko Prsa  li minn tarf il-kaxxa xeħet għoli.

SLIEMA W.: 12-Kelvin Emeka Agu, 2-Jean Borg, 9-Vito Put (18-Sergio Filipe Ramos Da Silva 89), 11-Myles Beerman, 15-Gustavo Alcino, 20-Wescley Matos da Silva, 22-Cain Attard, 31-Henrique Murilo, 42-Simon Zibo, 70-Steve Pisani (5-Neil Frendo 66), 77-Mohamed Awad (7-Adam Magri Overend 79)   – Coach: Paul Zammit

HAMRUN S: 1-Henry Bonello, 5-Sven Xerri, 7-Luke Montebello (17-Wendel Da Silva Barros 29) (28-Juan Carlos Corbalan 52), 9-Chris Ondong (99-Raphael Lopes Silva 49), 10-Joseph Essien Mbong, 12-Roko Prsa, 14-Elionay Freitas Da Silva, 33-Mayron (8-Talison Lui Barbosa 46), 77-Shaisen Attard, 91-Emerson Marcelina, 94-Ryan Camenzuli   – Coach: Alessandro Zinnari

REFEREE: Ishmael Barbara

ASS. REFEREES: Roberto Vella, Mark Ciantar

RABA’ UFF: Trustin Farrugia Cann

SKORER: H. Murilo 19 pen  (SW)

AMMONITI: V. Plut, W. Matos da Silva, K. Emeka Agu, H. Murilo (SW)

Ekonomija

Sport