Saturday, August 16, 2025

Sliema Wanderers jiffirmaw player mill-Mali, Boubakarry Diarra

Aqra wkoll

Sliema Wanderers ikkonfermaw l-akkwist tal-midfielder imwieled fil-Mali, Boubakarry Diarra.

Il-Franċiż ta’ 31 sena mhuwiex wick ġdid għall-futbol Malti, wara li qatta’ perjodu ma’ Mosta FC fl-2022.

Diarra għandu CV interessanti, wara li lagħab fit-tim tal-youths ta’ Torino matul iż-żgħożija tiegħu tiegħu. Imbagħad mar jilgħab il-Litwanja, fejn libes il-flokk ta’ Kruoja, qabel ma qatta’ perjodu fil-Portugall ma’ timijiet ta’ livell aktar baxx.

Qabel ma ġie jilgħab Malta f’Jannar 2022, Diarra lagħab fil-Kuwajt ma’ Kazma.

Wara t-tluq tiegħu minn ma’ Mosta fl-2023, huwa mar jilgħab l-Indoneżja, fejn lagħab ma’ PSIS Semarang, taħt it-tmexxija tal-eks leġġenda ta’ Valletta FC, Gilbert Agius.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport