Hamrun Spartans ……… 1
Sliema Wanderers …….. 2
Sliema Wanderers rebħu l-Pre-season Summer Cup meta fil-finali għelbu lil Hamrun Spartans bl-iskor ta’ 2-1 minkejja li dawn tal-aħħar lagħbu b’superjoritá numerika għal kważi nofs siegħa.
Il-Wanderers fetħu l-iskor proprju fl-ewwel periklu li ħolqu, fit-13-il minuta, meta Adam Magri Overend għadda tajjeb lejn GEOFFREY EDWIN ACHEAMPONG li dar tajjeb mad-difensur Mayron u xeħet il-ballun fix-xibka.
Sitt minuti wara qabdu lid-difiża ta’ Hamrun kompletament żbilanċjata u minn qagħda ideali, Vito Plut, xeħet ftit għoli.
Fit-42 minuta, Steve Pisani venven xutt mid-distanza li ħareġ l-aħjar tal- goalkeeper, Francisco Celio da Paz Silvo Filho, li salva tajjeb biex żamm lit-team tiegħu fil-partita.
Erba’ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, il-Wanderers ingħataw penalty meta minn daqqa ta’ ras ta’ Henrique Murilo, il-ballun deher jaħbat ma’ id Jospeh Essien Mbong fil-kaxxa.
Mill-11-il metru, HENRIQUE MURILO xeħet lill- goalkeeper Ħamruniż fuq in-naħa l-ħażina.
Iżda fil-65 minuta, huma qalgħu daqqa ta’ ħarta meta tkeċċa Steve Pisani wara daħla kerha fuq is-sostitut Daniel Letherby.
Fis-77 minuta, l-Ispartans resqu viċin meta Sven Xerri kellu daqqa ta’ ras salvata mill-goalkeeper tal-Wanderers, Kelvin Agu Emeka, biex salva goal ċert.
U proprju fil-ħin miżjud, Hamrun naqsu l-marġni tal-iskor permezz ta’ xutt mill-isbaħ mid-distanza ta’ RAPHAEL LOPES SILVA, bil-ballun jintemm fis-saqaf tax-xibka.
Fi tmiem il-partita il-vici-president tal-MFA, Adrian Casha, ippreżenta t-Tazza lill-captain ta’ Sliema W., Henrique Murilo.
Hamrun S.: 98-Francisco Celio Da Paz Silva Filho, 3-Mattias Ellul, 5-Sven Xerri, 7-Luke Monetbello, 8-Lui Talison Barbosa (19-Vitor Hugo Manarin Da Silva 56), 10-Joseph Essien Mbong, 12-Roko Prsa, 14-Elionay Feaitas Da Silva (6-Daniel Letherby 56), 17-Wendel Da Silva Barros (77-Shaisen Attard 80), 33-Mayron (94-Ryan Camenzuli 73), 99-Raphael Lopes Silva – Coach: Alessandro Zinnari
Sliema W.: 12-Kelvin Agu Emeka, 2-Jean Borg, 7-Adam Magri Overend (22-Cain Attard 75), 9-Vito Plut (21-Neil Frendo 62), 11-Myles Beerman, 15-Gustavo Alcino, 18-Sergio Filipe Ramos Da Silva (97-Jonata De Oliveira Bastos 62), 31-Henrique Murilo, 33-Geoffrey Edwin Acheampong (10-Samuel Gomes Da Mata 78), 42-Simon Zibo, 70-Steve Pisani – Coach: Paul Zammit
Referee: Alex Johnson
Ass. Referees: Mark Ciantar, Vasil Vasilev
Raba’ Uff: Daniel Portelli
Skorers: G. E. Acheampong 13, H. Murilo pen. 49 (S), R. Lopes Silva 93 (H)
Tkeċċa: S. Pisani 65 (S)
Ammoniti: G. Alcino, S. Zibo (S), J. E. Mbong, S. Attard (H)