Saturday, December 21, 2024

Sliema Wanderers jirreġistraw it-tieni rebħa konsekuttiva

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Sliema W. …..1

Sirens ……….0

Sliema Wanderers għelbu lil Sirens bl-iskor ta’ 1-0 biex irreġistraw it-tieni reb­ħa konsekuttiva u għaldaqstant resqu aktar lejn it-timijiet ta’ fuqhom fit-taqtiegħa għas-salvazzjoni. 

Kienu Sirens li ħarġu fuq l-offensiva u wara biss żewġ minuti, daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ Diego Albanese għaddiet ftit barra.

Il-Wanderers wieġbu mi­nuta biss wara meta Matteo Piciollo kellu xutt minn pożizzjoni ideali salvat minn Jonathan Debono, megħjun mill-mimduda.

Fil-11-il minuta, it-team minn San Pawl il-Baħar reġa’ ħoloq il-periklu din id-darba permezz ta’ Vitor Vieira li kellu x-xutt tiegħu mill-viċin jiġi mdawwar f’corner mill-goalkeeper, David Cassar, li wara l-injury li sofra fil-partita preċedenti kontra Balzan, irkupra fil-ħin għal dan il-konfront.

Huma komplew jippressaw biex jiftħu l-iskor u fit-33 minuta Kemar Reid kellu xutt mid-distanza li ntemm ftit barra.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, il-Wanderers ħarġu aktar avventurużi u fil-55 minuta fetħu l-iskor meta minn corner mogħti minn Matteo Piciollo, KURT SHAW, xeħet fix-xibka permezz ta’ daqqa ta’ ras biex għat-tieni darba kien il-protagonista għat-team tiegħu meta kien hu li skorja l-uniku goal fir-rebħa fuq Balzan fil-partita pre­ċedenti. 

Sirens wieġbu fis-66 mi­nuta permezz ta’  Henrique Motta li ġie devjat f’corner minn David Cassar.

Huma komplew jattakkaw u fit-88 minuta, xutt mid-distanza tal-istess Motta għadda ftit barra, bis-Slimiżi jeħilsuha ħafif.

Madankollu, il-Wanderers komplew jamministraw il-vantaġġ minimu li kel­lhom sa tmiem il-partita biex kisbu tliet punti oħra ferm prezzjużi.

sliema w.: 24-David Cassar, 3-Juan Pablo Morales Rengifo, 5-Kurt Shaw, 6-Gabriel Aquilina (25-Yuki Uchida 74), 11-Ruslan Kisil (18-Edmond Agius 74), 21-Danny Holla (10-Inters Gui 74), 23-Matteo Piciollo (19-Jake Engerer 88), 29-Oscar Linton Bethancourt, 61-Myles Beerman, 88-Dejan Vukovic, 99-Valmir Berisha   – Coach: Andrea Pisanu

sirens: 1-Jonathan Debono, 5-Henrique Marcelino Motta, 9-Kemar Reid (23-Francis William Avoce 85), 10-Bogdan Gavrila, 14-Diego Albanese, 15-Adrian Borg, 17-Jacob Walker (31-Degran Jackson 75), 19-Marios Lornis, 21-Carlo Zammit Lonardelli, 22-Alex Cini, 33-Vitor Vieira   – Coach: Winston Muscat

REFEREE: Trustin Farrugia Cann

ASS. REFEREES: Duncan Sultana, Thomas Debono

RABA’ UFF: Slobodan Petrovic

SKORER: K. Shaw 55 (SW)

AMMONITI: J. Walker, V. Vieira, C. Zammit Lonardelli (S), G. Aqulina, D. Holla, O. Bethancourt, V. Berisha, D. Cassar (SW)

Ekonomija

Sport