Sunday, November 24, 2024

Sliema Wanderers relegati għat-tieni darba fl-istorja tal-club

Aqra wkoll

Valletta ……….3

Sliema Wdrs….1

Valletta prattikament serrħu rashom li fl-istaġun li ġej se jilagħbu fil-Kampjonat BOV Premier meta għelbu lil Sliema Wanderers bl-iskor ta’ 3-1 biex b’hekk ikkundannaw lil dawn tal-aħħar għar-relegaz­zjoni għat-tieni darba fl-istorja glorjuża tal-club … wara 37 sena.

Kienu Valletta li ħarġu tajjeb u marru viċin fit-13-il minuta b’xutt minn barra l-kaxxa ta’ Rowen Muscat li ġie mdawwar f’corner mill-goalkeeper Rashed Al Tumi.

Minuta wara, huma fetħu l-iskor meta wara azzjoni fuq ix-xellug, MARIO FONTANELLA rċieva pass fit-tul u wara li dar mal-goalkeeper tefa’ ġewwa b’xutt angolat.

Fit-28 minuta, Prado għad­da tajjeb minn qalb id-difiża Slimiża u qassam lejn Fontanella li kkonkluda għoli b’ xutt mill-ewwel minn barra l-kaxxa. Tmien minuti wara, f’azzjoni ta’ Sliema, il-goalkeeper ta’ Valletta, Guarnone, kellu joħroġ f’ tarf il-kaxxa biex waqqaf lil Berisha biex minuta minn tmiem l-ewwel taqsima, Al Tumi salva tajjeb fuq konklużjoni mill-viċin ta’ Promise.

Mas-siegħa logħob, Valletta resqu viċin meta cross mil-lemin ta’ Muscat ġie salvat parzjalment minn Al Tumi b’Curjuric jidħol tajjeb iżda jkollu x-xutt imblukkat minn Mintoff bil-ballun jasal għand Fontanella li tefa’ barra minn pożizzjoni ċentrali.

Fl-74 minuta, Valletta rduppjaw meta wara ħarba tajba fuq ix-xellug, Primise Oluwatobi tefa’ l-ballun għan-nofs u s-sostitut KEVIN TULIMIERI antiċipa lil Al Tumi b’xutt fil-baxx.

Sliema reġgħu daħlu fil- logħba tliet minuti wara me­ta minn free-kick ta’ Agius mix-xellug, Farrugia xellef il-ballun lejn OSCAR LINTON BETHANCOURT li bir-ras mill-viċin ma żbaljax.

Iżda fit-82 minuta, Valletta reġgħu skorjaw meta minn corner ta’ Curjuric mix-xellug, Linton niżżel il-ballun bir-ras f’tentattiv li jikklerja iżda mill-viċin, ESLIT SALA tefa’ ġewwa.

VALLETTA: 26-Alessandro Guarnone, 4-Jean Borg, 6-Triston Caruana, 11-Michele Sansone, 18-Enmy Pena Beltre (14-Christian Gauci 78), 19-Promise Oluwatobi Emmanuel David (17-Andrea Zammit 86), 20-Ivan Curjuric (10-Shaun Dimech 87), 24-Rowen Muscat, 66-Eslit Sala, 77-Caio Prado (92-Kevin Tulimieri 57), 89-Mario Fontanella (9-Harisa Dilaver 86)  – Coach: Danilo Doncic

SLIEMA W.: 22-Rashed Al Tumi, 3-Juan Pablo Morales Rengifo, 7-John Mintoff (61-Myles Beerman 84), 10-Gui Inters (6-Gabriel Aquilina 58’), 18-Edmond Agius, 19-Jake Engerer (91-Martin Davis 58),  23-Matteo Piciollo (9-Omar Elouni 84), 29-Oscar Linton Bethancourt, 72-Jean Carlos Cloth Goncalves, 88-Dejan Vukovic, 99-Valmir Berisha (30-Jean Paul Farrugia 58)  – Coach: Noel Turner

REFEREE: Andrea Sciriha

ASS. REFEREES: Roberto Vella, Mark Ciantar

RABA’ UFF: Stefan Pace

SKORERS: M. Fontanella 14, K. Tulimieri 72, E. Sala 82(V); O. Bethancourt 77 (SW)

AMMONITI: V. Berisha (SW); E. Pena Beltre (V)

Sport