Tuesday, September 24, 2024

“Smajna li l-Partit għandu jieħu deċiżjonijiet kuraġġużi”- Il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista Leonid McKay

Aqra wkoll

“Dan l-aħħar jiem kellna ċ-ċans li nifhmu aħjar x’kellhom jgħidulna d-delegati. Smajna li għandna bżonn inkunu awto-kritiċi u li l-Partit Laburista għandu jieħu deċiżjonijiet kuraġġużi. Rajna wkoll l-importantza li kumtati lokali ikunu fiċ-ċentru ta’ kull deċiżjoni li jieħu l-Partit”.

Dan kien il-messaġġ li wassal il-Kap tal-Eżekuttiv fi ħdan il-Partit Laburista, Leonid McKay waqt attività politika f’San Pawl il-Baħar. Irrimarka li l-kelma tiġdid issemmiet diversi drabi u kien hawn fejn qal li filwaqt li hu tajjeb li n-nies jiġġeddu u li jkun hemm vuċijiet ġodda, iżda li huwa importanti immens biex il-Partit ma jinsiex lin-nies li kienu mill-bidu fil-partit u li għadhom hemm sal-ġurnata tal-lum.

McKay qal li l-Partit irid ukoll iħares lejn vuċijiet silenzjużi, li la jiġu l-kwartieri jgħidu dak li jridu jgħidu u wisq anqas li jmorru għand il-politiċi. Spjega li dawn in-nies ikunu jridu politika awtenika, jiġifieri li l-partit ikun kapaċi li dak li hu tajjeb jissejjaħ tajjeb u li hu ħażin jibqa’ ħażin u li anzi jsir xogħol sabiex dak il-ħażin jiġi tajjeb

Tenna li; “Il-partit se jagħti ċans lin-nies passati. Naħseb l-għeruq tal-partit tagħna hu li jġib bidla fil-mobilitá u li jġib ġustizzja”.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport