Għall-ħabta tas-7.00pm jott li kien marbut fil-port tal-Imġarr spiċċa ħuġġieġa waħda bl-ewwel indikazzjonijiet hu li sploda ċilindru tal-gass.
Persuni li kienu fuq il-post u li tkellmu ma’ Talk.mt qalu li semgħu splużjoni u f’daqqa waħda l-jott ħa n-nar.

Il-haddiema tal-Protezzjoni Civili kienu fuq il-post fi ftit ħin u irnexxielhom jikkontrollaw in-nirien.

Jidher li ħadd ma wegga’ f’dan l-inċident.
Il-pulizija qegħdin jinvestigaw dan il-każ.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej…