Saturday, November 30, 2024

“Smajtu lil xi ħadd jgħid Grazzi lil Gvern Laburista li biddel ir-rotta tal-Enemalta?” – Il-Ministru Michael Farrugia

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministru Farrugia fil-Parlament qal ukoll li rapport tal-Eurostat kien wera li f’Malta kwH kien jiswa 13c u fiż-żona Ewro kien 22ċ li jfisser 77% aktar.  

L-istess statistika turi li l-familji Maltin u Għawdxin kellhom ir-raba’ l-orħos kontijiet fl-Unjoni Ewropea u kienu t-tieni l-orħos fiż-żona Ewro u irħas minna biss kienu il-Litwanja. 

Fis-sena 2013, l-elettriku kien jiswa 17c kull kwH. Dakinhar il-prezz f’pajjiżna kien it-tlettax l-għola madwar l-Unjoni Ewropea.  Bejn l-2008 u l-2013 Malta kellha l-ogħa żieda fit-tariffi tal-elettriku fl-Unjoni Ewropea u bejn 2013 u 2019 Malta kellha l-ikbar tnaqqis fit-tariffi tal-elettriku fl-Unjoni Ewropea.  

F’sitt snin l-Enemalta irkuprat u ġiet mar-regoli Ewropej u għandna fost l-irħas tariffi fl-Unjoni Ewropea. Smajt xi ħadd jgħid grazzi lil Gvern Laburista li biddel ir-rotta u minn Ewro wieħed din ġiet tiswa l-miljuni?”, staqsa l-Ministru Farrugia.

Sport