Wednesday, December 25, 2024

SMEs: “Budget li jħalli aktar flus fil-but tan-nies, jinkoraġixxi x-xogħol u l-investiment”

Aqra wkoll

Il-Kamra tal-Intrapriżi Medji u Żgħar (SMEs) b’reazzjoni għall-Budget 2022 esprimiet sodisfazzjon għal għadd ta’ inizjattivi pożittivi mħabbra li l-għan tagħhom huwa kemm li jgħinu lin-negozji, kif ukoll lill-ħaddiema.

Din il-Kamra qalet li, “dan huwa budget li se jħalli aktar flus fil-but tan-nies, se jinkoraġġixxi x-xogħol u l-investiment. Barra minnhekk l-SMEs innotat li dan il-Budget se jkun qiegħed jippremja lil dawk li jagħżlu li jaħdmu grazzi għall-inċentivi mħabbra tal-In-Work Benefit u tat-taxxi”.

L-SMEs faħħru inċentivi oħra fosthom il-benefiċċji tat-taxxa fuq profitti li jerġgħu jkun investiti u skemi ta’ ffinanzjar li  jinkoraġixxu sostenibbiltà u enerġija nadifa. Il-Kamra tal-Intrapriżi Medji u Żgħar qalet li inċentivi favur trasport nadif, vetturi bl-elettriku u sostenibbiltà tal-bini juru li l-Gvern huwa kommess li jagħmel lil pajjiżna aktar nadif u  attraenti kemm għaċ-ċittadini, kif ukoll għat-turisti. 

Din il-Kamra qalet li però dan il-budget ma indirizzax l-effetti negattivi tal-Greylisting fuq l-SMEs, iżda hija kuntenta ħafna li tħabbru għadd ta’ inċentivi favur l-ambjent, inċentivi li ħarġu minn diskussjonijiet li saru magħhom. 

Il-Kamra tal-SMEs hija sodisfatta b’mod partikolari li f’dan il-budget ġiet inkluża proposta minn tagħha li l-għan tagħha huwa li jonqos il-piż tal-ispejjeż tat-trasport internazzjonali b’sussidju fuq il-kiri ta’ faċilitajiet ta’ ħażna.

Ekonomija

Sport