Is-smewwiet ta’ San Dimitri fil-limiti tal-Għarb inksew b’qawsalla ta’ kuluri waqt l-International Kite & Wind Festival filwaqt mijiet erħewla għal mixjiet qalb il-kampanija
Dan il-festival annwali fl-Għarb qiegħed ikompli jikber sena wara l-oħra bħala wieħed mill-appuntamenti l-aktar mistennija fil-kalendarju ta’ attivitajiet f’Għawdex.

Fil-ħames edizzjoni ta’ dan il-festival ħadu sehem ’il fuq minn 44 parteċipant tat-tajr rinomati madwar id-dinja.
Mijiet ta’ familji attendew biex igawdu dan l-ispettaklu filwaqt li ġiet iċċelebrata wkoll il-festa tal-istess qaddis tal-kappella rurali f’dan il-post.

Il-Ministru Clint Camilleri rringrazzja lid-Direttorat tal-Wirt Kulturali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u lill-Kunsill tal-Għarb li ħadu ħsieb sabiex għal sena oħra jtellgħu dan il-festival.