Saturday, December 21, 2024

Snooker Ewropew – Frans Mintoff jikkwalifika iżda Alex Borg eliminat

Aqra wkoll

Matul r-raba’ jum tal-Kampjonati Ewropew tal-Masters tal-Irġiel tas-Snooker li qed isiru f’Albufiera, l-Portugal, Malta kelli l-impenji kemm fil-kategorija tal-individwali kif ukoll tat-timijet. Mill-kampjonati tal-Irġiel individwali bdiet il-fażi tan-knock fejn kienu fl-azzjoni uħud minn dawk li għaddew mal-aħħar 45 f’din kategorija.

F’din il-fażi, Frans Mintoff rebaħ il-konfront tiegħu kontra l-Fillandiż, Ville Pirilä, 3-1 (69-41, 59-38, 39-59, 60-40) iżda Alex Borg tilef bl-istess punteġġ kontra l-Olandiz, Joris Maas biex b’hekk safa’ eliminat.

Fil-fażi tal-aħħar 32, issa, Malta ser tkun irrappreżentata b’żewġ players, Philip Ciantar li ser jiltaqa’ ma’ Peter Bullen tal-Belgium filwaqt li Frans Mintoff għandu polża, xi ftit diffiċli kontra l-ex player professjonali Ingliż, Craig Steadman.

Fil-logħbiet tat-timijet Malta l-bieraħ lagħbet sitt partiti li minnhom rebħet tlieta. L-aħjar li marru kienu t-tim Malta 2 iffurmat minn Arthur Cachia u Frans Mintoff li rebħu ż-żewġ logħbiet tagħhom b’punteġġ identiku ta’ 3-1. L-ewwel kontra Franza 3 (Marc Chouillier/Gilles Grzeskowiak) u aktar tard filgħaxija kontra l-uniku tim li qed jirrapreżenta lil Fillandja (Ville Pirilä/Jukka Haapakoski). Għalkemm rebħu ż-żewġ logħbiet, it-tim Malta 2 għadu ma kkwalifikax mal-aħħar 32 u kollox jiddependi mill-konfronti tal-lum.

Iż-żewġ timijiet l-oħra Maltin kellhom fortuni differenti. Alex Borg u Philip Ciantar, irreġistrati bħala Malta 1 tilfu l-ewwel logħba, 3-0 kontra l-Ingilterra 1 (Stuart Watson/Steve Crowley) u aktar tard rebħu, 3-1 (59-20, 63-30, 41-51, 61-11), kontra Franza 1 (Jean-Marc Beauchamp/Jérôme Chatet).

Malta 3 iffurmat minn Ivan Attard u David Zammit sabuha diffiċli kontra ż-żewġ avversarji tagħhom. Huma tilfu ż-żewġ logħbiet, 3-0. L-ewwel kontra l-Irlanda ta’ Fuq  1 (Declan Lavery/Ryan McQuillan) u filgħaxija kontra t-tim Ġermaniż (Miro Popovic/Diana Stateczny).

Fil-logħbiet tal-ħames jum ta’ kompetiżżjoni l-players Malta rridu jilgħabu b’kollox ħames logħbiet, tlieta li jgħalqu l-fażi tal-gruppi tat-timijiet u ż-żewġ konfronti importanti tal-aħħar 32 tal-kategorija  ndividwali tal-Masters.

11.00 a.m.Alex Borg/Philip Ciantar (Malta 1)vsGary Thomson/Michael Philbin (Skozja 1)
2.30 p.m.Arthur Cachia/Frans Mintoff (Malta 2)vsMarcin Nitschke/Jarosław Kowalski (Polonja 1)
2.30 p.m.Ivan Attard/David Zammit (Malta 3)vsDavid Gauthier/Jean-Christophe Margontier (Franza 2)
5.00 p.m.Philip CiantarvsPeter Bullen (Belġju)
5.00 p.m.Frans MintoffvsCraig Steadman (Ingilterra)

Frans Mintoff jikkwalifika iżda Alex Borg eliminat

Ekonomija

Sport