Friday, December 13, 2024

Snooker: Graeme Dott jagħmel it-tieni 147

Aqra wkoll

Graeme Dott ikkompona t-tieni break massimu ta’ 147 tal-karriera tiegħu waqt il-konfront ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat tad-Dinja meta għeleb Pang Junxu f’Sheffield.

Ir-Re tal-Crucible 2006 għamel il-mixja perfetta tiegħu fis-sitt frame tar-rebħa 6-1. L-ewwel break ta’ 147 ta’ Dott wasal 23 sena ilu fil-British Open 1999.

Il-break poġġih biċ-ċans għall-bonus ta’ £10,000 għall-avveniment ta’ kwalifikazzjoni. Jekk dan ma jsirx matul it-tournament kollu, huwa se jirċievi wkoll £15,000 addizzjonali.

Dan huwa l-175 break massimu fl-istorja tas-snooker u l-ħames wieħed li sar fil-kwa­lifiki għall-Kampjonat tad-Dinja.

David Gilbert wissa lill-avversarji prospettivi li hu se jkun xi ħadd li jrid jevita fil-poloz jekk jilħaq il-Crucible, wara li għeleb lil Rory McLeod 6-1.

Chris Wakelin għadda għall-aħħar round għat-tielet darba fil-karriera tiegħu, wara li għeleb liċ-champion tal-European Masters, Fan Zhengyi 6-5.

L-Iranjan Hossein Vafaei għeleb lill-Ġermaniż, Simon Liechtenburg, b’whitewash, 6-0, biex anke hu resaq pass bogħod mill-Crucible.

Il-bieraħ beda Jum il-Ġudizzju meta r-rebbieħa tal-aħħar 32 logħba jgħaddu għall-Crucible. Huma qed jilagħbu l-aqwa minn 19-il frames fuq żewġ sessjonijiet.

Meta kienu fl-azzjoni l-ewwel 16-il player l-indikazzjonijiet min se jmur il-Crucible huma daqsxejn imprevedibbli għalkemm tliet players ma jidhirx li għandhom ifallu wara li kisbu distakk kbir wara l-ewwel sessjoni.

Dawn huma Scott Donaldson li kien jinsab 8-1 minn fuq kontra Allan Taylor, Lyu Hao­tian kien 8-1 ukoll kontra Dominic Dale, u Jamie Jones kien qed jillidja lil Tom Ford 7-2.

Il-ħames logħbiet l-oħra kienu jinsabu hekk: Stephen Maguire v Zhou Yuelong 5-4; Michael White v Jordan Brown 5-4; Matthew Selt v Thepchaiya Un-Nooh 5-4; David Lilley v Ding Junhui 5-4; Ashley Hugill v Joe O’Connor 6-3.

Illum jintlagħbu l-aħħar logħbiet li huma: David Gilbertt v Anthony Hamilton; Jimmy Ro­bertson v Chris Wakelin; Noppon Saengkham v Robert Milkins; Liam Highfield v Yuan SiJun; Ali Carter v Matthew Stevens; Jackson Page v David Grace; Graeme Dott v Jamie Clarke; Kei Peifan v Hossein Vafaei.

Ekonomija

Sport