Tuesday, December 24, 2024

Snooker: Joe Perry jirbaħ il-Welsh Open

Aqra wkoll

Joe Perry rebaħ it-tieni titlu tiegħu wara 30 sena fil-World Snooker Tour, tant li fissru bħala l-aqwa mument tal-karriera tiegħu, meta għeleb lil Judd Trump 9-5 fil-finali tal-Welsh Open li ntemmet nhar il-Ħadd filgħa­xija fi Newport.

Hija l-ewwel rebħa ranking ta’ Perry fuq art Britannika u t-tieni biss tal-karriera tiegħu, wara li deher f’sitt finali. Il-Gentleman kiseb l-ewwel titlu tiegħu fit-Tajlandja lura fl-2015, meta rkupra minn 3-0 minn taħt biex għeleb lil Mark Williams 4-3 fil-finali tal-Players Championship.

F’dik l-okkażjoni ma kien hemm ebda membri tal-familja preżenti għall-mument ta’ glorja tiegħu. Il-Ħadd l-ġenituri tiegħu, Peter u Judy, kienu kburin qalb il-folla hekk kif binhom għolla r-Ray Reardon Trophy.

Perry kellu triq diffiċli għall-finali fejn għeleb lill-players stilel, David Gilbert, Cao Yupeng, Mark Allen, Kyren Wilson, Ricky Walden u Jack Lisowski.

Sa dan it-tournament, Perry, 47 sena, kien ġarrab wieħed mill-agħar staġuni li qatt kellu. Riċessjoni fil-forma rawh jinżel fit-42 post fir-rankings dinjija u qabel kien biss laħaq l-aħħar 32 ta’ avveniment wieħed matul l-ista­ġun. Ir-rebħa ċċaqlaq lil Perry ‘il fuq fil-klassifika għat-23 post.

L-ogħla premju ta’ £70,000 jieħu wkoll lil Perry f’kontestazzjoni għall-bonus tas-Serje Ewropea fejn il-player li jiġbor l-aktar premjijiet fl-avvenimenti ta’ kwalifika jingħata bonus ta’ £150,000. L-uniku tournament li fadal huwa l-Gibraltar Open li se jsir aktar tard dan ix-xahar.

Perry tela’ fl-10 post fil-klassifika tas-sensiela b’£77,000, filwaqt li John Higgins u Mark Allen jibqgħu ndaqs fil-quċċata b’£98,000. F’Ġibiltà hemm l-aqwa premju ta’ £50,000, li jfisser li jibqa’ kollox x’tilgħab bi 12-il player għadhom biċ-ċans.

Il-players bdew it-tieni sessjoni f’paritá ta’ 4-4 wara li s-sessjoni ta’ wara nofsinhar ikkontestata b’mod strett ħalliet il-proċeduri f’pożizzjoni tajba.

Perry beda b’century ta’ 108 biex mar fil- vantaġġ. Trump ġab id-draw 5-5 billi ħa l-10 frame, iżda kien l-aħħar tiegħu tal-lejla.

Perry żied il-momentum, hekk kif bil-kalma ta spinta lejn il-linja finali meta breaks ta’ 51, 66 u 68 għenuh għal tliet frames wara xulxin, hekk kif sab ruħu frame biss bogħod mir-rebħa fuq 8-5. 

Imbagħad ipproduċa break ta’ 70 biex ħalla lil Trump jirrikjedi snookers. Huwa għamel wieħed, iżda kien għalxejn meta Perry ippottja ħadra fit-tul biex kiseb rebħa tal-ħolm.

“Ma nistax nemmen. Dan ċertament li hu­wa l-qofol assolut tal-karriera tiegħi. Fil-fatt ħsibt li kien se jasal fit-tmiem, issa kelli l-aqwa mument tal-karriera tiegħi fis-snooker. Li tagħmel dan kontra champion kbir bħal Judd hija ċ-ċirasa fuq il-kejk,” qal ferħan Perry.

“Ommi u missieri appoġġawni minn meta kelli 10 snin. Kieku ma kienx għalihom ma kontx inkun player tas-snooker. Irbaħt tournament qabel, iżda ħadd ma kien hemm minnhom. Naf li huma kburin bija, iżda dan huwa tal-għaġeb.”

Trump qal: “Joe poġġuni taħt pressjoni mill-bidu. Huwa ppottja xi shots mill-bogħod, skorja l-iktar u f’ħinijiet kruċjali kien qed jagħmel boċċi kruċjali. Ma tantx kienet ġurnata tajba għalija, iżda Joe kien l-aqwa player il-ġimgħa kollha u kien ħaqqu r-rebħa.”

Il-frames kollha żvolġew hekk:

Joe Perry v Judd Trump  9-5 – 70-67 ((Trump 60), 0-64, 73-0 (59), 32-95 (69), 32-67, 51-30, 30-73 (73), 62-56, 108-90 (108), 47-75, 117-17 (51, 66), 77-32 (68), 62, 44, 82-39 (70).

Ekonomija

Sport