Friday, January 30, 2026

Snooker Kampjonat tad-Dinja: Chris Peplow u Joseph Casha t-tnejn eliminati fil-fażi tal-Aħħar 64

Aqra wkoll

Il-Ħamis waqt il-Kampjonat tad-Dinja tas-Snooker tal-Federazzjoni Dinjija tas-Snooker (WSF) li qed isir f’Sofia, l-Bulgarija, bdiet il-fażi tan-knock out fejn l-aħħar żewġ plejers Maltin li kien fadal fil-kompetizzjoni, Chris Peplow u Joseph Casha t-tnejn tilfu waqt il-fażi tal-aħħar 64.

Joseph Casha sabiex avvanza għal din il-fażi kellu jilgħab logħba oħra preliminari li rebaħ b’mod konvinċenti kontra s-Serb, Vasilije Pešić, 4-0 bil-punteġġi tal-frames ikunu: 48-16, 64-55, 62-9, 76-26.

Fir-rawnd ta’ wara, dak mal-aħħar 64, kemm Chris Peplow u Joseph Casha ġew f’polza kontra plejers Ingliżi. Peplow kontra Luke Pinches li, bħal Casha, kellu jilgħab rawnd preliminari aktar kmieni u Casha kontra l-ex plejer professjonali, Stuart Carrington.

Iż-żewġ plejers Maltin sabu oppożizzjoni ferm iebsa mill-avversarji Ingliżi u ftit daħlu fil-logħba.  L-skor finali fiż-żewġ logħbiet kien wieħed identiku dak ta’ 4-0. Peplow kontra Pinches tilef f’dawn il-punteġġi: 0-91(91), 37-53, 24-80, 5-58 filwaqt li l-iskors fil-logħba ta’ Casha kontra Carrington spiċċaw hekk: 24-84(53), 1-64(64), 27-69, 35-47.

Wara dawn iż-żewġ telfiet il-plejers Maltin, li kienu b’kollox seba’, temmew din l-avventura waqt din l-edizzjoni tal-Kampjonat tad-Dinja tas-Snooker tal-Amateurs tal-World Snooker Federation.

Din l-edizzjoni issa tiġi fi tmiemha bil-finali nhar il-Ħadd li ġej, l-1 ta’ Frar.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport