Sunday, December 22, 2024

Snooker: Kyren Wilson jibda fuq nota tajba fil-German Masters

Aqra wkoll

Kyren Wilson beda fuq nota rebbieħa meta nhar l-Erbgħa għeleb lil Jimmy Robertson 5-1 fl-ewwel round tal-German Masters. Wara huwa stqarr li għandu inċentiv addizzjonali għas-suċċess biex jonora lill-eks manager tiegħu, Brandon Parker, li miet fl-2020.

Parker, li kien direttur tal-WST, ħa l-German Masters fit-Tempodrom ta’ Berlin meta hemmhekk tellgħu għall-ewwel darba fl-2011. Minn dakinhar folol entużjasti laħqu l-marka ta’ 2,500 regolarment. Bħala riżultat, it-trofew tal-German Masters issa ġiet imsemmija għal Parker.

Wilson rebaħ il-German Masters fl-2019 wara li għe­leb lil David Gilbert 9-7 għat-titlu. 

It-tournament ta’ din is-sena huwa l-ewwel vjaġġ lejn Berlin mill-edizzjoni tal-2020. Tnax-il xahar ilu l-pandemija tal-coronavirus ġiegħlet proċeduri bil-bibien magħluqa f’Milton Keynes.

Il-Warrior ipproduċa wirja ispirata biex għadda għall-Aħħar 16. Wilson  għamel breaks ta’ 58, 64, 94 u 117 fi triqtu lejn ir-rebħa fi ftit inqas minn siegħa u 45 minuta.

Issa se jiffaċċja lil Craig Steadman hekk kif se jkompli bit-tfittxija tiegħu għall-Brandon Parker Trophy. Steadman għeleb lil Michael Georgiou 5-2. Huwa għamel breaks ta’ 130, 65, 70 u 52 fl-ewwel erba’ frames u Georgiou tnejn ta’ 73 u 112 fit-tnejn ta’ wara.

Iċ-champion tal-UK Cham­pion­ship, iċ-Ċiniż Zhao Xintong, wettaq wirja tajba biex għeleb lil Mark Williams 5-3.

It-talent ta’ 24 sena ttimbra l-awtorità tiegħu fuq iċ- champion tad-dinja tliet darbiet, Williams, minn kmieni tant li sa nofs is-sessjoni mar 3-1 minn fuq inklużi breaks ta’ 64 u 72.

Meta reġa’ beda l-logħob Williams daħal fil-konfront meta breaks ta’ 65 u 61 rawh jikseb id-draw 3-3. Madankollu, Zhao wera ta’ xiex huwa magħmul meta kkompona breaks ta’ 89 u 70 biex qasam il-linja tat-tmiem. Sussegwentement huwa se jiffaċċja lil Tom Ford li għe­leb lil Stephen Maguire 5-2.

Ford għamel breaks ta’ 76, 88, 53,  81 u 104 b’Ma­guire jibda b’wieħed ta’ 135.

Ricky Walden kiseb rebħa xokkanti ta’ 5-3 fuq Neil Ro­bertson, iċ-champion tal- Masters.

Walden ipproduċa attakk mill-aqwa biex wasal sal-linja tat-tmiem meta sab ruħu 3-2 minn taħt. Breaks ta’ 71, 79 u 124 rawh jieħu tliet frames fuq xulxin biex kiseb ir-rebħa. Issa fl-Aħħar 16 se jiffaċċja lil Luca Brecel li bbukkja postu b’rebħa 5-3 fuq Zhang Anda, meta pproduċa breaks ta’ 71, 129 u 120 waqt li Zhang għamel 70 u 55 fil-ħames frame u ieħor ta’ 95.

Fil-logħba l-oħra Zhou Yuelong għeleb lil Anthony McGill 5-2 fejn għamel breaks ta’ 96, 74 u 67 fl-ewwel tliet frames.

Ekonomija

Sport