Saturday, December 28, 2024

Snooker: Ronnie O’Sullivan imġiegħel jirtira mill-European Masters minħabba raġunijiet mediċi

Aqra wkoll

Iċ-champion tad-dinja tas-snooker Ronnie O’Sullivan ġie mġiegħel jirtira mill-European Masters minħabba ‘raġunijiet mediċi’ biex ġie sostitwit fit-tournament.

Inċidentalment, l-ewwel logħba tiegħu kellha tkun kontra Sean O’Sullivan valida mill-ewwel round ta’ dan it-tournament li se jintlagħab f’Furth, il-Ġermanja, il-ġimgħa d-dieħla.

In-numru wieħed tad-dinja fil-fatt kient tilef kontra Fan Zhengyi 10-9 fil-finali preċedenti tal-European Masters fi Frar li għadda  u kien ikun qed ifittex li jpatti għal dan id-diżappunt.

Madankollu, issa ma jistax jieħu sehem u ġie sostitwit poloz minn Luke Simmonds, bil-player ta’ 42 sena jilgħab kontra Sean O’Sullivan, nhar it-Tlieta li ġej.

Ronnie mhuwiex l-uniku isem kbir li se jkun nieqes, b’Neil Robertson u John Higgins se jkunu wkoll assenti – dan tal-aħħar naqas milli jikkwalifika wara li tilef kontra Scott Donaldson.

Ekonomija

Sport