Mark Williams ma setax kellu bidu aħjar meta fl-ewwel logħba ta’ The Masters, li beda l-bieraħ f’Kensington Palace, għeleb lil Yan Bingtao 6-4 f’logħba ta’ kwalitá li pproduċiet xejn inqas minn 11-il breaks.
Yan beda 3-1 minn fuq iżda Williams rebaħ erba’ frames wara xulxin u mar 5-3 fil-vantaġġ. Imbagħad Yan naqqas id-distakk u Williams issiġilla r-rebħa fl-10 frame.
Williams għamel breaks ta’ 63, 56, 62, 67, 62 (dawn it-tnejn fis-seba’ frame), 104 u 85 waqt li Yan għamel 64, 71, 57 u 122.
Illum jilagħbu John Higgins kontra Zhao Xintong u Shaun Murphy kontra Barry Hawkins.