Saturday, May 4, 2024

“Soċjetà aktar ġusta li tagħti l-istess ċans lil kulħadd”

Il-President u d-Deputat tal-Partit Laburista dwar l-emendi li qed jitressqu ‘l quddiem fil-liġi tal-IVF

Aqra wkoll

Soċjetà aktar ġusta li tagħti l-istess ċans lil kulħadd. Dan kien il-messaġġ ewlieni mill-President tal-Partit Laburista, Ramona Attard, u d-Deputat Naomi Cachia, dwar l-emendi li qed jitressqu ‘l quddiem fil-liġi tal-IVF. 

Waħda mill-proposti prinċipali tal-Partit Laburista fil-kampanja elettorali kienet li tiġi emendata l-liġi tal-IVF fi żmien mitt jum. Dan biex ikollna liġi li tindirizza l-bżonnijiet ta’ dawk il-persuni li fost oħrajn għamlu ċikli ripetuti ta’ IVF li ma kinux suċċess, kif ukoll persuni b’kundizzjonijiet ġenetiċi serji li jaffettwaw il-vijabilità ta’ embrijun jew inkella l-ħajja ta’ tarbija, speċjalment f’każijiet li jkun hemm ftit xhur ta’ ħajja minħabba dawn il-kundizzjonijiet. 

“Dawn l-emendi jirriflettu d-diskussjonijiet li l-Partit Laburista kellu ma’ min qed jistenna din il-bidla fil-liġi biex isir ġenitur. Il-Maltin u l-Għawdxin jafu meta vvutaw b’saħħa għall-manifest eletttorali ‘Malta Flimkien’ u meta għedna li din il-proposta partikolari se tingħata prijorità, hekk sar. Bl-istess mod, il-kredibilità tal-Partit Laburista u tal-Prim Ministru Robert Abela titkellem waħedha,” sostniet il-President tal-Partit Laburista. 

Id-Deputat Naomi Cachia sostniet kif “Aħna dħalna fil-politika biex inġibu din il-bidla pożittiva. U l-ewwel jiem tal-leġiżlatura reġgħu wrew forzi politiċi bi prijoritajiet differenti. Aħna bqajna ffukati kif se nirriformaw biex f’pajjiżna kulħadd jingħata l-istess ċans. Innaqqsu t-tbatija, iktar ħajjiet u fuq kollox iżjed kuntentizza”. 

Huwa sostnew li din ir-riforma hija turija ċara tal-impenn li għandu l-Partit Laburista biex dawk l-elf proposta tal-manifest elettorali jinbidlu f’elf kisba. 

Sport