Friday, November 15, 2024

“Sodisfatt bil-kummenti pożittivi tal-President tal-Eurogroup dwar l-ekonomija Maltija”

Aqra wkoll

Fl-intervista tiegħu, il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar iż-żjara tal-Ministru tal-Finanzi Irlandiż u President tal-Eurogroup Pascal Donohoe f’pajjiżna. Huwa nnota kif il-President tal-Eurogroup għadda kummenti pożittivi dwar l-ekonomija Maltija, tant li ddeskrivieha bħala waħda minn dawk li l-aktar spikkaw.

Huwa qal ukoll li l-Ministru Donohoe kien tkellem dwar il-mod kif Malta fasslet il-pjan ta’ rkupru filwaqt li nnota li r-rata ta’ qgħad baqgħet taħt it-3% fost oħrajn.
Kien hawn fejn il-Prim Ministru semma li bħala pajjiż, għandna rkupru b’saħħtu. “Hemm serħan il-moħħ li d-dħul tal-gvern huwa wieħed tajjeb. Fl-istess waqt, dak li qed jidħol, qed niżguraw li l-investiment lura fin-nies isir b’għaqal, responsabbilità u sostenibbiltà.”

Huwa semma wkoll is-settur tas-servizzi, fejn qal li fit-tieni kwart ta’ din is-sena, il-bejgħ fis-servizzi żdied b’terz. Huwa tenna li l-messaġġ jibqa’ dak ta’ pożittività u li dan il-pajjiż ġej żmien sabiħ quddiem.

Ekonomija

Sport