Wednesday, April 24, 2024

“Sodisfazzjon meta tara tfal jirritornaw lura ma’ ommhom li kellha vizzju tad-droga”

- Il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni OASI Noel Xerri

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

“Huwa fattur naturali li meta jasal tmiem tas-sena, tħares lura biex tevalwa x’ġara. Nemmen li bħali hawn ħafna oħrajn, li jagħmlu dan l-eżerċizzju meta jasal l-aħħar tas-sena u bidu ta’ sena ġdida. Kburi ngħid, li l-iktar ħaġa ta’ sodisfazzjon li rajt matul l-2023, kienet li rajt tfal żgħar jirritornaw lura ma’ ommhom li kienet qed tieħu l-kura biex tegħleb il-vizzju tad-droga”.

Iddikjara dan Noel Xerri, il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni OASI, f’kummenti ma’ dan is-sit. Huwa beda biex qal li din il-fondazzjoni li ilha mwaqqfa għal iktar minn 30 sena, li matulhom ipprovdiet firxa wiesgħa ta’ servizzi soċjali fi ħdan il-komunità, immirati lejn persuni li jispiċċaw vittmi ta’ vizzji, bħal dawn tad-droga, xorb u vizzji tal-logħob. 

Irrimarka li meta jħares lura lejn l-2023, iħoss li kienet sena mimlija sfidi għal dawk kollha li jaħdmu f’din il-fondazzjoni. Meta mistoqsi biex jelabora aktar dwar x’kienu jikkonsistu dawn l-isfidi, Xerri qal li dawn kienu sitwazzjonijiet fejn raw u messew ma’ tbatijiet, li minħabba nuqqas ta’ riżorsi, ma setgħu jagħmlu xejn għajr li jisimgħuhom. 

Xerri temm jgħid li l-messaġġ ewlieni li jixtieq jgħaddi lil pubbliku hemm barra huwa wiieħed sempliċi: “Nawgura s-sena t-tajba lil kulħadd, waqt li ninsisti li m’hawnx gost akbar min dak li tkun taf tgħix il-ħajja mingħajr il-bżonn tal-użu tad-drogi. Nagħmel kuraġġ lil dawk li għandhom bżonn xi forma ta’ għajnuna biex ma jiddejqux jagħmlu dik il-qabża f’ħajjithom”.

Sport