Saturday, October 26, 2024

Sofrew ksur huma hu jippruvaw jaħarbu waqt rejd għad-droga fil-Marsa

Jinżammu arrestati l-erbat irġiel arrestati waqt rejd għad-droga fil-Marsa

Aqra wkoll

Carlos Desira ta’ 23 sena mill-Kalkara, Abubakar Ibrahim Jabril Niġerjan ta’ 40 sena, Muggis Sule ta’ 22 sena u Iljasu Sejdo ta’ 23 sena mill-Ghana nżammu arrestati wara li ġew akkużati bi traffikar tad-droga wara li ġew arrestati fil-Marsa.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni spjegat li Carlos Desira u Abubakar Ibrahim ġew arrestati fil-lejl ta’ bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa f’operazzjoni kbira f’remissa fi Triq it-Tiġrija fil-Marsa. Intqal ukoll li malli lemħu l-pulizija huma ppruvaw jaħarbu billi jaqbżu madwar sular u nofs għoli għal ġo sqaq. Konsegwentament huma kellhom jittieħdu lejn l-Isptar Mater Dei minħabba xi ġrieħi li sofrew.

Quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr. Rachel Montebello, il-Prosekuzzjoni spjegat li fir-remissa nstabu 140 qartas eroina, 230 qartas kokaina u 30 qartas tal-kannabis, kollha lesti biex jinbiegħu. Barra minn hekk fil-post instabu wkoll €1,600 fi flus kontanti.

Iż-żewġ akkużati wieġbu mhux ħatja tal-akkużi fil-konfront tagħhom u Carlos Desira waħdu talab għall-ħelsien mill-arrest, liema talba kienet miċħuda mill-Qorti minħabba l-possibbiltà ta’ intralċ tal-provi. Barra minn hekk il-Qorti ordnat l-iffriżar tal-assi taż-żewġ akkużati minħabba possibbiltà ta’ terzi involuti.

Il-Prosekuzzjoni spegat ukoll kif seħħ l-arrest taż-żewġ akkużati l-oħra Muggis Sule u Iljasu Sejdo minn appartament fil-Marsa waqt l-istess operazzjoni. Fil-Qorti instema’ kif it-Taqsima ta’ Kontra l-Immigrazzjoni kienet qed iddur ir-residenzi fi Triq is-Serkin il-Marsa meta lemħu appartament jagħlaq l-aperturi tiegħu. Kif il-Pulizija ħabbtet fuq il-bieb ta’ dan l-appartament, wieħed mill-akkużati deher jixħet basket għal isfel u pprova jaqbeż għoli ta’ madwar ħames sulari. Minbarra d-droga fil-bakset, il-pulizija sabu madwar nofs kilo kannabis u ammont konsiderevoli oħra ta’ qratas tal-kannabis, lesti biex jinbiegħu, u madwar €2,000 fi flus kontanti. Barra minn hekk il-Pulizija elevat ukoll diversi oġġetti relatati ma’ traffikar ta droga fosthom numru ta’ mowbajls u kameras.

Iż-żewġ akkużati wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba fil-konfront tagħhom fejn baqgħu miżmumin arrestati.

Sport