Tuesday, September 24, 2024

Sofyan Amrabat irid imur lura ma’ Man Utd

Aqra wkoll

Il-midfielder difensiv Marokkin Sofyan Amrabat jixtieq imur jilgħab għal darb’oħra ma’ Manchester United wara li għal dawn l-aħħar xhur kien magħhom fuq bażi ta’ self.

Il-plejer ta’ 27 sena hu proprjeta’ ta’ Fiorentina, tim li reġa’ beda jitħarreġ magħhom. Ir-Red Devils qed jaħsbuha jixtruhx għal kollox iżda mhux ċar jekk ekonomikament jaqblilhomx jagħmlu dan.

Il-kowċ ta’ Fiorentina Raffaele Palladino ftit ta ħjiel xi pjanijiet għandu għal Amrabat li fil-karriera tiegħu lagħab ukoll ma’ Utrecht, Feyenoord, Club Brugge u Hellas Verona.

Sport