Wednesday, October 9, 2024

Sofyan Amrabat jirringrazzja lill-partitarji ta’ Fiorentina 

Aqra wkoll

Wara li sar uffiċjali t-trasferiment tal-midfielder Marokkin Sofyan Amrabat ma’ Manchester United, dan tal-aħħar xtaq iħalli messaġġ għall-partitarji ta’ Fiorentina, it-tim li kien qed jilgħab miegħu dan l-aħħar. 

Amrabat qal li kien ta’ unur kbir għalih li libes il-flokk vjola tal-klabb u rringrazzja mhux biss lill-istaff tekniku tat-tim u l-plejers eks-kollegi tiegħu iżda wkoll lill-partitarji akkaniti li għamluh wieħed mill-idoli tagħhom.  

Amrabat lagħab 83 logħba ma’ Fiorentina u skorja gowl wieħed biss.  

Sport