Sunday, December 22, 2024

Solvuti 81 każ ta’ omiċidju f’perjodu ta’ 21 sena

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-Pulizija ta’ Malta rnexxielhom isolvu 81 każ ta’ omiċidju, minn 105 każi li ġew irrappurtati fil-gżejjer Maltin f’dawn l-aħħar 21 sena; fadal 24 każ li għadhom mhux solvuti.

Skont ċifri maħruġa mill-Korp tal-Pulizija juru li fl-2004, fl-2005, fl-2011, fl-2018 sal-bidu ta’ din is-sena, il-każi rappurtati li jammontaw għal 40 ġew kollha solvuti. L-istess ċifri juru wkoll li fl-2003 u fl-2006 ma kien hemm l-ebda każ ta’ omiċidju, filwaqt li l-2012 kienet l-iktar sena li fiha ġew irreġistrati każijiet t’omiċidji – 10 każijiet; isegwuha kien hemm l-2017 b’disa’ każijiet u tmien każijiet fl-2022.

Din l-informazzjoni ħarġet minn tweġiba parlamentari li ngħatat mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri f’mistoqsija li saritlu lbieraħ mill-Onor. Omar Farrugia waqt seduta parlamentari.

Ekonomija

Sport