Somalu ta’ 36 sena ammetta li mmasturba fuq passiġġiera f’karozza tal-linja mimlija nies.
L-allegat każ seħħ is-Sibt li għadda għall-ħabta tal-10:00 p.m waqt vjaġġ bejn il-Belt u San Ġiljan.
Fil-qorti nstema’ kif il-passiġġiera spiċċat vittma ta’ att sesswali mhux mixtieq minnha wara li s-Somalu li kien bilqiegħda warajha eġakula għal fuqha.
Is-smigħ dwar is-sentenza se jsir fl-1 ta’ Awwissu li ġej quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella. Sadanittant l-akkużat ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ €5,000.
Il-prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispettur Saviour Baldacchino.
Dirie, li jaħdem fis-settur tal-kostruzzjoni, għandu tiddefendih lill-Avukata Yanika Bugeja li ġiet appuntata mill-Qorti biex tiddefendih wara li huwa ddikjara li ma kellux flus biex iqabbad avukat.