Somalu ta’ 22 sena inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli b’serqa mill-Belt.
Il-Proskeuzzjoni spjegat li l-każ seħħ l-Ġimgħa filgħodu, meta l-imputat Omar Abdil Ismail beda jsegwi mara li kienet mixja lejn il-fast ferry ġewwa l-Belt Valletta.
Fil-Qorti, il-vittma spjegat li hija innutat lil Abdil isewgiha u li meta wasal viċin ħafna tagħha, dan allegatament ħadilha l-basket li fih kellha l-laptop. Spjegat li dak il-ħin daħlet ġo ħanut u ċemplet lill-Pulizija, bil-Pulizija tarresta liż-żagħżugħ ftit tal-minuti wara.
Fil-Qorti huwa kien akkużat ukoll li għex ħajja t’għażż u vagabondaġġ u li kien riċediv. Quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella li pprosediet il-każ, Ismail wieġeb li mhuwiex ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.
Il-Maġistrat Vella ordnat li l-akkużat jinżamm arrestat.

