Ahmed Mooge Ahmed ta’ 29 sena ġie kkundannat għaxar xhur ħabs u mmultat €5,600 wara li ammetta li hedded pulizija u tobba fl-Isptar Mater Dei.
Is-Somalu kien mixli li lbieraħ hedded tlett kuntistabbli tal-Pulizija, naqas li jobdi l-ordnijiet tagħhom, li ġarr sikkina u kkaġuna ħsara fi ħġieġa ta’ vettura.
Hu tressaq quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras fejn irriżulta li ż-żagħżugħ daħal fl-għassa xurban u talab li jintbagħat lura pajjiżu għax irid jara lil ommu.
Ahmed Mooge Ahmed ilu jgħix Malta mill-2013. Hu pprova kemm-il darba jitlaq minn Malta, iżda jerġa’ jintbgħat lura minn diversi pajjiżi Ewropej.