Sunday, December 22, 2024

Somalu mixli bil-pussess tad-droga

Aqra wkoll

Somalu ta’ 27 sena residenti Birkirkara li x-xahar li għadda allegatament inqabad jipprova jbigħ id-droga fi triq f’Paceville, inżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontra tiegħu. 

Fil-Qorti ħareġ li Daud Shiek Ahmed kien arrestat fis-27 ta’ Frar wara li Surġent tal-Pulizija kien semgħu jgħid lil persuna oħra jekk iridx “ħaxixa”. Minn tfittxija li saret fuq ir-raġel instabu żewġ pakketti, li kien fihom ammonti żgħar tad-droga kannabis. Huwa kien ingħata l-police bail waqt li l-pulizija komplew bl-investigazzjonijiet tagħhom.

Huwa tressaq quddiem il-Maġistrat Victor Axiak ilbieraħ mixli bil-pussess tad-droga li nstabet f’ċirkostanzi li juru li ma kinitx għall-użu esklussiv tiegħu, li wettaq reat waqt perjodu operattiv ta’ sentenza sospiża u li sar reċediv. 

Huwa nżamm arrestat wara li ma saret l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest tiegħu.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Brian Xuereb. L-Avukat Charmaine Cherrett dehret għar-raġel. 

Ekonomija

Sport