Tottenham talbu li l-kumpaniji regolaturi tal-media soċjali biex tittieħed azzjoni kontra l-abbuż razzjali li Son Heung-min sofra wara r-rebħa ta’ 2-0 fuq West Ham, il-Ħadd li għadda.
L-attakkant tal-Korea t’Isfel iffaċċja dak li Spurs sejħu r-razziżmu onlajn bħala “kundannabbli mingħajr l-ebda riserva”.
Son daħal bħala sostitut u skorja t-tieni goal biex għen lit-team tiegħu jaqbeż fir-raba’ post tal-klassifika. Iżda huwa safa l-mira ta’ bosta attakki personali fuq il-media soċjali.
Fi stqarrija, il-club minn Londra qal: “Ġejna konxji tal-abbuż razzist onlajn li huwa kompletament kundannabbli dirett lejn Heung-Min Son wara il-partita kontra West Ham.
“F’dan il-mument diffiċli nibqgħu nappoġġaw lil Son f’dan il-mument tant diffiċli u għal darb’oħra nappellaw lill-kumpaniji tal-media soċjali u lill-awtoritajiet biex jieħdu azzjoni immedjata.”