eung-Min, qed jinsisti li se jkun fit-Tazza tad-Dinja fil-Qatar li se tibda fi ftit jiem oħra, fejn warrab għal kollox allegazzjonijiet li se jitlef il-kampjonat minħabba injury f’wiċċu.
L-attakkant ta’ Spurs sofra ksur fl-għadam orbitali ta’ għajnu waqt l-ewwel taqsima tal-logħba valida mill-Fażi tal-Gruppi tal-UEFA Champions League kontra Marseille.
Huwa ħabat rasu mad-difensur Chancel Mbemba u weġġa’ l-għadma ta’ għanju. Minn dak in-nhar huwa tilef il-partita kontra Liverpool u l-mistoqsija ewlenija kienet jekk huwiex se jilgħab għal pajjiżu fl-akbar manifestazzjoni mondjali tal-football.
Madankollu, Son ċaħad li jista’ jitlef it-tournament li ġej. It-Tazza tad-Dinja hija l-ħolma ta’ tfulitu u żgur li mhux se jitlifha!