Thursday, March 19, 2026

Sony Music tneħħi 135,000 ‘deepfakes’ tal-mużika tal-artisti tagħha

Aqra wkoll

Dawn l-allegati ‘deepfakes’ inħolqu bl-użu tal-AI u kienu mmirati lejn uħud mill-akbar artisti tal-kumpanija. Dawn jinkludu lil kantanti ta’ fama internazzjonali, inkluż; Beyoncé, Queen u Harry Styles.

Skont Sony, id-deepfakes kienu mmirati prinċipalment lejn mużiċisti li qed jippromwovu album ġdid.

F’kumment li ta lill-midja, il-President ta’ Sony Dennis Kooker qal; “Fil-każijiet l-aktar importanti, (id-deepfakes) potenzjalment jagħmlu ħsara lil kampanja ta’ rilaxx jew iħammġu r-reputazzjoni ta’ artist”

X’inhuma d-deepfakes?

F’dan il-każ, id-deepfakes huma reġistrazzjonijiet permezz ta’ awdjo ġġenerati jew manipulati minn intelliġenza artifiċjali (AI) biex jimitaw il-vuċi, l-istil u l-karatteristiċi uniċi ta’ mużiċist magħruf, u ħafna drabi joħolqu kanzunetti ġodda bil-kunsens tagħhom.”

Sony stqarret li n-numru ta’ kanzunetti ġġenerati b’dan il-mod qed jiżdied biss hekk kif it-teknoloġija tal-intelliġenza artifiċjali ssir irħas u aktar faċli biex wieħed jaċċessaha.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport