Il-kelba tad-Dwana Sophie rreaġixxiet b’mod suspettuż fil-konfront ta’ passiġġier li kien fi triqtu lejn l-Istanbul u li nstab li kien qiegħed iġorr fuqu €12,343 fi flus kontanti li ma kinux ġew dikjarati.
Meta mistoqsi mill-uffiċjali tad-Dwana fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta huwa qal li kien qiegħed iġorr madwar €3,000. Minnufih saret tfittxija fuq il-passiġġier mil-Lebanon u nstab li kien qiegħed iġorr €2,530 fuqu, €4,085 fil-baskett u €6,100 fil-bagalja.
Il-passiġġier qabel li jirranġa mal-awtoritajiet Maltin barra mill-Qorti u ġie mmultat b’rabta ma’ dan il-każ.