Saturday, November 23, 2024

Sorpriża f’Jum l-Omm mill-BOV

Aqra wkoll

B’ikliet imħassra, laqgħat ma’ membri tal-familja posposti, ommijiet ‘il bogħod minn uliedhom u weħidhom ġewwa djarhom żgur li Jum l-Omm din is-sena kien ser ikun differenti minn ta’ snin oħra.  

Il-Bank of Valletta ddeċieda li jbiddel ftit mill-burdata u possibilment iferraħ lil numru ta’ klijenti tiegħu li huma ommijiet billi jagħtihom sorpriża ħelwa.

Ftit tal-ġimgħat ilu, il-BOV nieda kompetizzjoni fil-midja soċjali fejn talab lis-segwaċi tiegħu sabiex jibagħtu messaġġ lill-ommhom permezz ta’ video. Numru minn dawn il-messaġġi mbagħad ġew miġbura f’ video klipp li ntwera f’Jum l-Omm b’awgurju lil ommijiet kollha u dawk li jagħtu imħabba ta’ omm lil ħaddieħor. 

L-ommijiet li ġew innominati minn uliedhom imbagħad ġew sorpriżi b’kejk delizzjuz u b’ kartolina, li twasslu fi djarhom. Il-kartolini saru bl-idejn b’mod individwali minn impjegata tal-BOV, u ġo fihom inkiteb ukoll il-messaġġ ta’ apprezzament mibgħut minn uliedhom. Tlieta mill-ommijiet telgħu bix-xorti u rebħu € 100 kull wieħed.

“Il-vera ma stennejtiex din tal-lum! Il-messaġġ ta’ binti emozzjonani ħafna u issa qed nifhem għaliex ma ħallitnix noħroġ nagħmel xi qadi is-Sibt filgħodu!” stqarret waħda mill-ommijiet. “Għalkemm ma stajniex niċċelebraw Jum l-Omm bħal snin oħra, il-Bank of Valletta u t-tifla tiegħi irnexxielhom igibuli  tbissima enormi fuq wiċċi!”

Biex tara l-filmat segwi din il-link https://www.youtube.com/watch?v=O-mKEayxvGU jew l-paġna tal-Facebook tal-BOV (@Bofofficial).

Sport