Sunday, December 22, 2024

Sospiża wara li użat karozza waqt tellieqa ta’ 50 mil

Aqra wkoll

L-atleta Joasia Zakrzewski ġiet sospiża għal 12-il xahar mill-UK Athletics talli użat karozza waqt tellieqa.

Zakrzewski aċċettat midalja u t-trofew wara li  spiċċat t-tielet fit-tellieqa ta’ 50 mil minn Manchester għal Liverpool, fis-7 ta’ April li għadda.

Iżda l-informazzjoni tat-tracker tagħha wriet li hija vjaġġat bil-karozza għal madwar 2.5 mil qabel kompliet it-tellieqa.

Zakrzewski sostniet li qalet lill-uffiċjali li użat karozza u spiċċat it-tellieqa “b’mod mhux kompetittiv”.

“Din l-atleta aċċettat it-trofew fi tmiem it-tellieqa, xi ħaġa li ma kellhiex tagħmel minħabba li ma komplietx it-tellieqa b’mod ġust u kompetittivi,” sostna panel dixxiplinarju indipendenti.

“Lanqas ma fittxet li tirritorna t-trofew fil-ġimgħa ta’ wara t-tellieqa. Anke jekk dakinhar tat-tellieqa kienet qed tbati minn ‘problema’ psikoloġika … hija kellha ġimgħa ċans wara t-tellieqa biex tirrealizza l-azzjonijiet tagħha u tirritorna t-trofew, li ma għamlitx. Fl-aħħar nett, hija poġġiet il-prestazzjoni tat-tellieqa tagħha fuq il-midja soċjali iżda ma żvelatx li kienet lestiet it-tellieqa fuq bażi mhux kompetittiv.”

Ekonomija

Sport