Burnley huma ferm viċin li jiksbu s-servizzi tad-difensur ċentrali ta’ Borussia Dortmund Soumila Coulibaly. Huwa għad għandu biss 19-il sena u l-probabbilta’ hu li jmur fl-Ingilterra fuq bażi ta’ self.
Coulibaly hu Franċiż u l-ftehim mistenni jkun dak li Burnley jieħduh b’self b’għażla li jixtruh għal €15-il miljun fl-istaġun ta’ wara.
Hu lagħab mat-tieni tim ta’ Borussia Dortmund matul l-istaġun li għadda għalkemm deher wkoll darba mat-tim tal-kbar.