Southampton iffinalizzaw l-iffirmar tal-attakkant żagħżugħ, Sekou Mara, mingħand Bordeaux għal ħlas mhux żvelat, soġġett għall-approvazzjoni internazzjonali.
Iż-żagħżugħ ta’ 19-il sena ffirma kuntratt ta’ erba’ snin fis-St Mary’s Stadium wara li fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet għamel it-testijiet mediċi mal-club.
Dan l-istilla tal-futur sar is-sitt akkwist ta’ Ralph Hasenhuttl fis-suq tat-trasferiemnti tas-sajf wara l-akkwisti ta’ Gavin Bazunu, Romeo Lavia, Armel Bella-Kotchap, Joe Aribo u Mateusz Lis.