Il-manager tal-Ingilterra Gareth Southgate sejjaħ lill-attakkant ta’ Brentford, Ivan Toney, għal-logħob tal-UEFA Nations League kontra l-Italja u l-Ġermanja dan ix-xahar.
Toney, ta’ 26 sena, skorja ħames goals f’sitt logħbiet tal-Premier League dan l-istaġun.
Il-goalkeeper Dean Henderson u d-difensuri Eric Dier u Ben Chilwell issejħu lura għall-aħħar partiti kompetittivi tal-Ingilterra qabel it-Tazza tad-Dinja fil-Qatar.
Il-midfielder Jordan Henderson u l-goalkeeper Jordan Pickford mhux se jkunu involuti minħabba li qed jirkupraw minn injury.
Id-difensuri ta’ Manchester United Harry Maguire u Luke Shaw ġew inklużi minkejja li ġew utilizzati erba’ darbiet biss mill-ftuħ tal-kampjonat. Iżda l-kollegi tagħhom, Marcus Rashford u Jandon Sancho, tħallew barra minħabba li jinsabu mweġġgħin.
L-Ingilterra tiffaċċja liċ-champions Ewropej f’San Siro, fit-23 ta’ Settembru, u lill-Ġermanja f’Wembley, tlett ijiem wara.
L-ikswadra kollha hija:
Goalkeepers: Nick Pope (Newcastle), Aaron Ramsdale (Arsenal), Dean Henderson (Nottingham Forest, on loan from Manchester United).
Difensuri: Trent Alexander-Arnold (Liverpool), Ben Chilwell (Chelsea), Conor Coady (on loan at Everton from Wolves), Eric Dier (Tottenham), Marc Guehi (Crystal Palace), Reece James (Chelsea), Harry Maguire (Manchester United), Luke Shaw (Manchester United), John Stones (Manchester City), Fikayo Tomori (AC Milan), Kieran Trippier (Newcastle), Kyle Walker (Manchester City).
Midfielders: Jude Bellingham (Borussia Dortmund), Mason Mount (Chelsea), Kalvin Phillips (Manchester City), Declan Rice ( West Ham), James Ward-Prowse (Southampton).
Attakkanti: Tammy Abraham (Roma), Jarrod Bowen (West Ham), Phil Foden (Manchester City), Jack Grealish (Manchester City), Harry Kane (Tottenham), Bukayo Saka (Arsenal), Raheem Sterling (Chelsea), Ivan Toney (Brentford).