Thursday, November 21, 2024

S&P Global Ratings jikkonfermaw ir-rating ta’ pajjiżna

Aqra wkoll

S&P Global Ratings ikkonfermaw rating ta’ ‘A-’ bi prospetti stabbli għal pajjiżna. Dan jibqa’ l-aqwa livell ta’ rating li din l-aġenzija tat lil pajjiżna fl-aħħar għaxar snin. 

Ir-raġuni ewlenija għala l-esperti tal-S&P Global Ratings ħadu din id-deċizjoni kienet li skont huma kien hemm, “Effective policymaking at the national and European level” li wassal biex tiġi ppreservata l-kapaċità produttiva ta’ Malta kif ukoll inżamm moderat il-piż tad-dejn nazzjonali.  

Ir-rapport tal-S&P Global Ratings jindika li t-tkabbir ekonomiku f’pajjiżna kien b’saħħtu ħafna u nnota li l-investment żdied bi 19%. Fost raġunijiet wara dan is-suċċess, l-esperti barranin isemmu l-programm ta’ vaċċinazzjoni kif ukoll l-assistenza fiskali qawwija tal-gvern. Għaż-żmien li ġej, ir-rapport ibassar li l-pjan ta’ rkupru u reżiljenza jista’ jwassal għal tkabbir ta’ 0.8% tal-ġid nazzjonali ta’ pajjiżna.

Fir-rigward tal-FATF, l-esperti internazzjonali jgħidu li “the authorities’ significant progress on the FATF’s recommendations may lead to Malta’s removal from the list in the short term.”

L-esperti internazzjonali jbassru li sal-2025, id-defiċit se jkun naqas għal 1%. Bl-istess mod, S&P Global Ratings qed ibassru li mis-sena d-dieħla l-piż tad-dejn nazzjonali se jkun naqas taħt is-60%.

Sport