Saturday, December 6, 2025

S&P tikkonferma r-rating ta’ Malta ‘A-/A-2’ bi prospett stabbli

Aqra wkoll

altaL-Aġenzija tal-kreditur Standards & Poor Global Ratings ikkonfermat ir-rating ta’ Malta fil-livell ta’ A’, bi prospetti stabbli. L-aġenzija fl-aħħar analiżi tagħha dwar l-ekonomija Maltija qalet li l-qagħda  finanzjarja qed titjieb biżżejjed tant li Malta dalwaqt toħroġ mill-proċedura ta’ defiċit eċċessiv tal-Unjoni Ewropea.

Standards & Poorqed tbassar ukoll li s-sena d-dieħla, id-defiċit ta’pajjiżna se jinżel għal 2.9%. Irraportat ukoll li bid-dħul li qed ikollu l-Gvern, id-dejn pubbliku mistenni jinżel taħt l-40% fis-snin li ġejjin.

L-istess analiżi ekonomija tindika li għalkemm it-tkabbir ekonomiku ta’ Malta mistenni jimmodera għal 3.5% din is-sena, Malta mistennija tikber b’rata ogħla ħafna minn dik taż-Żona Ewro li mistennija tkun ta’ 1.3%.

Fl-istess rapport, S&P tinnota diversi miżuri li ddaħħal il-Gvern fosthom estrizzjonijiet aktar stretti fuq ħaddiema barra mill-Unjoni Ewropea.

Ir-rapport jitkellem ukoll dwar il-qagħda finanzjarja fejn jgħid i wara surplus fil-finanzi bejn l-2016 u l-2019 u defiċits qawwija fil-pandemija, il-bilanċ fiskali ta’ Malta qed jitjieb grazzi għall-prestazzjoni b’saħħitha tad-dħul mit-taxxa, inkluż minn kumpaniji internazzjonali fis-settur tal-iGaming u dawk finanzjarji. Ibassru li minn deficit ta’ 5.1%, dan se jinżel gradwalment għal taħt it-3% sal-2026. Fl-istess ħin qed ibassru li d-dejn se jinżel għal madwar 40% sal-2028.

Dwar l-ispejjeż tal-imgħax, S&P qalet li dan mistenni jkun 4.1% mid-dħul tal-gvern, livell deskritt bħala baxx u sostennibbli f’kuntest internazzjonali.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport