Wednesday, November 12, 2025

Spalletti jrid lil Hojbjerg fil-midfield ta’ Juventus

Aqra wkoll

Jekk Juventus iridu jkomplu fit-tul jikkollaboraw mal-kowċ Luciano Spalletti, se jkun meħtieġ li jintlaħqu l-ħtiġijiet tattiċi tiegħu.Hu rrappurtat li l-eks kowċ ta’ Roma, Napoli u tat-tim nazzjonali Taljan fost l-oħrajn mhux daqshekk kuntent bil-kwalita’ ta’ plejers li għandu fl-iskwadra.

Spalletti jrid plejer li jista’ jkun ta’ kompetizzjoni għal Manuel Locatelli li mhux dejjem qed jibbrilla f’nofs il-grawnd. L-għan ta’ Spalletti jaf ikun Pierre-Emile Højbjerg li bħalissa qed jilgħab ma’ Olympique Marseille u li qed ikollu staġun mill-aqwa. Minkejja kollox, is-sitwazzjoni mhux faċli għax il-plejer Daniż għandu kuntratt sal-2028 u ftit jidher li jixtieq imur jilgħab fis-serie A Taljana.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport